Arkivji mensili: Frar 2020

Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali ta’ Ras ir-Randan: is-skiet biex niffukaw ħajjitna fuq l-affarijiet li huma vera importanti

  Il-Vatikan

Pope Francis holds the weekly General Audience in St. Peter’s Square  (AFP or licensors)

Pope Francis invites the faithful to undertake their lenten journey of prayer, fasting and works of mercy to strengthen them in their resolve to follow the Lord on his journey through Good Friday to Easter Sunday.

Dear brothers and sisters: Today, Ash Wednesday, begins our annual Lenten journey of preparation for Easter.  In a sense, we imitate Jesus, who spent forty days of prayer in the desert preparing for his public ministry.  From a spiritual perspective, the desert is a place of life, not death.  It is a place of silence, where we are interiorly free to hear the Lord’s word and to experience his loving call.  In our busy world, how much we need that kind of silence, in order to grow in prayerful openness to God, to cultivate an ecology of the heart and to centre our lives on the things that really matter.  An important part of our Lenten desert experience is the practice of fasting, which trains us to recognize, in simplicity of heart, how often our lives are spent in empty and superficial pursuits.  The solitude of the desert makes us all the more sensitive to those in our midst who quietly cry out for our help and encouragement.  This Lent, may our prayer, fasting and works of mercy strengthen us in our resolve to follow the Lord on his journey through Good Friday to Easter Sunday, and enable us to know the power of his grace, which can make of every desert a garden of new life… Kompli aqra »

Sonic the Hedgehog

*****

Direttur:          Jeff  Fowler

Atturi:              James Marsden,  Tika Sumpter, Jim Carrey, Natsha Rothwell, Adam Pally, Neal McDonough u Frank C. Turner

Ilħna:               Ben Schwartz u Benjamin L. Valic

Ħin tal-Film:    99 min.

Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 U

KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      PG

Sonic hu qanfud ikħal, estraterrestri b’ħila li jiġri b’ħeffa sonika… Kompli aqra »

Underwater

***

Direttur:          William Eubank

Atturi:              Kristen Stewart, Vincent Cassel, Jessica Henwick, John Gallagher Jr., Mamoudou Athie,  T. J. Miller u Gunner Wright

Ħin tal-Film:    95 min

Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12

KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      15

It-Titan Industries qegħdin fil-proċess li jħaffru għar-riżorsi naturali, seba’ mili f’qiegħ il-Mariana Trench, l-iktar parti fonda fil-Punent tal-Oċean Paċifiku… Kompli aqra »

Crux Invicta – Il-Kurċifiss Mirakuluż u l-Kapuċċini f’Għawdex: ktieb ġdid minn Fr Martin Micallef

  Il-Palazz tal-President, f'Ħ'Attard

Il-ktieb Crux Invicta – Il-Kurċifiss Mirakuluż u l-Kapuċċini f’Għawdex, ta’ Patri Martin Micallef O. Cap, jinseġ tapizzerija rikka ta’ ħajja Kapuċċina f’dawn il-gżejjer madwar il-leit motif tal-istorja tal-kurċifiss li hemm fil-knisja u l-kunvent tal-Ordni f’Għawdex.

Fuq l-isfond ta’ kif żviluppa l-kult tal-kurċifiss sa mill-ewwel sekli tal-era Kristjana, kemm fid-dinja Kattolika kif ukoll f’dawn il-gżejjer, l-awtur ilaqqam il-ġrajja ta’ kif dan il-kurċifiss, li nħadem fi Sqallija fl-1683 minn artist tajjeb u li s’issa għadu mhux magħruf, inġieb f’dawn il-gżejjer mill-Kommendatur Miceli, l-ewwel f’Malta u aktar tard, bil-ħidma tal-Għawdxi de Soldanis, għadda f’idejn il-Kapuċċini li kienu għadhom kemm fetħu l-kunvent tagħhom, tefgħa ta’ ġebla bogħod miċ-Ċittadella, f’Forn il-Ġir… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Frar

L-Erbgħa tal-Irmied
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġoel 2, 12-18
Salm: 50 (51), 3-4.5-6a.12-13.14 u 17
It-Tieni Qari: 2 Kor 5, 20 – 6, 2

L-Evanġelju: Mt 6, 1-6.16-18

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet.

Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom… Kompli aqra »

Żmien ir-Randan

Ritratt: Vatican Media

Għada l‑Erbgħa, 26 ta’ Frar 2020, il‑Knisja tagħti bidu għar‑Randan Imqaddes: 40 jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑Passjoni, il‑Mewt u l‑Qawmien mill‑mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. 

Bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa Franġisku fostna f’Pentekoste, din is-sena l-Isqfijiet qed iħeġġu lill-Insara biex jirriflettu wkoll fuq it-tagħlim tal-Papa, b’mod partikolari fuq l-ewwel Eżortazzjoni Appostolika tiegħu ‘Evangelii Gaudium’ (Il-Ferħ tal-Evanġelju). Din l-eżortazzjoni tfakkarna li l-ferħ veru jinstab fil-laqgħa ma’ Kristu Rxoxt, li jfejjaq minn kull xorta ta’ mard personali u fil-komunitajiet tagħna, u għalhekk dawk li jduqu mill-fejqan u l-ferħ tiegħu jimtlew bil-ħeġġa biex ixandruh ma’ kulħadd… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 4, 1-10
Salm: 54 (55), 7-8.9-10a.10b-11a.23

L-Evanġelju: Mk 9, 30-37

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli għaddew minn nofs il-Galilija, u hu ma ried li ħadd ikun jaf, għax beda jgħallem lid-dixxipli tiegħu u jgħidilhom: “Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-bnedmin u joqtluh; u meta jkun maqtul, wara tlitt ijiem iqum mill-mewt”. Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u beżgħu jistaqsuh… Kompli aqra »

L-Għid ta’ Kristu mhuwiex ġrajja tal-imgħoddi – il-messaġġ tal-Papa Franġisku għar-Randan 2020

“Nitolbu fuq li nitolbu f’ġieħ Kristu: ‘Ħallu lil Alla jħabbibkom miegħu’” (2 Kor 5:20)

Għeżież ħuti!

Din is-sena wkoll il-Mulej qed jagħtina żmien tajjeb ta’ grazzja biex nitħejjew ħa niċċelebraw b’qalb imġedda l-Misteru kbir tal-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù, li huwa l-fus tal-ħajja Nisranija kollha personali u komunitarja. Lejn dan il-Misteru jeħtieġ nirritornaw kontinwament, bil-ħsieb u bil-qalb tagħna. Fil-fatt, hu ma jehda qatt jikber fina skont kemm inħalluh idaħħalna fid-dinamiżmu spiritwali tiegħu u nitwaħħdu miegħu bi tweġiba ħielsa u ġeneruża… Kompli aqra »

Direttivi dwar it-Tqarbin

Ċirkulari maħruġa mill-Kurja tal-Arċisqof

Kif nafu lkoll, bħalissa ma’ diversi pajjiżi qed tixtered ħafna l-Coronavirus (COVID-19).

Bħala miżura ta’ prekawzjoni u biex jiġi evitat kemm jista’ jkun il-periklu ta’ tixrid tal-Coronavirus, sakemm jingħataw direttivi oħra, it-Tqarbin Ewkaristiku bl-ostja għandu jsir biss fl-idejn u mhux fil-ħalq.

Fil-każijiet permessi għal Tqarbin mill-kalċi, it-Tqarbin m’għandux isir billi wieħed jixrob direttament mill-istess kalċi, iżda biss ‘per intinctionem’.

Infakkru wkoll li min jiċċelebra l-Quddiesa għandu jassigura ruħu li jkun iddiżinfetta idejh sewwa qabel ma tibda l-Quddiesa u, f’każ ta’ bżonn, qabel jibda jqarben… Kompli aqra »

Niżirgħu t-Tama! – aktar attivitajiet mill-Azzjoni Kattolika f’Malta

  L-Università ta' Malta, l-Imsida

Dakinhar tad-90 Anniversarju, tat-twaqqif tal-Azzjoni Kattolika Maltija, id-19 ta’ Frar 2020, saret attività għall-istudenti u l-istaff fil-kappella tal-Università biex tħeġġeġ lill-persuni jkomplu niżirgħu t-tama; ikun xi jkun l-istat ta’ ħajjithom. L-attività bdiet bil-quddiesa li ssir ta’ kuljum, li tmexxiet minn Dun Keith Bonnici u Dun Bernard Micallef.

Dun Keith waqt il-quddiesa semma’ kif f’Malta l-ewwel żerriegħa nibtet fost l-istudenti tal-Università, b’inizjattiva tal-Professur Patri Danjel Callus, O.P… Kompli aqra »