Arkivji mensili: February 2020

Is-sawm li jrid Alla – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa waqt l-irtir tar-Randan għall-ħaddiema tal-Kurja, Caritas u t-Tribunal Ekkleżjastiku

  Dar Porziuncola, Baħar iċ-Ċagħaq

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Id-djalogu li hawn, fl-ewwel qari mill-Profeta Iżaija, bejn il-bniedem u Alla, huwa ta’ dawl għal ħajjitna. Il-Profeta juri lin-nies il-kuntrast li hemm bejn il-mod kif huma jħarsu lejn is-sawm, u dak li Alla jrid bis-sawm.

Min-naħa tan-nies hemm qisu lment indirizzat lejn Alla: aħna nsumu, u int qisek ma tindunax, ma tagħtix każ: “Għaliex somna, u int ma ħaristx? … Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Marzu 2020

Il‑Ħadd 1 ta’ Marzu, fil‑5:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi pellegrinaġġ penitenzjali u jiċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni ta’ Ħadd in‑Nies, Ħaż‑Żabbar.

It‑Tnejn 2 ta’ Marzu, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jagħti l‑Ministeru tal‑Lettorat lil żewġ seminaristi, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù.

Il‑Ġimgħa 13 ta’ Marzu, festa ta’ Ġesù Nazzarenu, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi pellegrinaġġ penitenzjali mill‑Knisja Arċipretali ta’ Stella Maris sal‑Knisja Parrokkjali ta’ Ġesù Nazzarenu, tas‑Sliema, fejn wara jiċċelebra Quddiesa… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 58, 9b-14
Salm: 85 (86), 1-2.3-4.5-6

L-Evanġelju: Lq 5, 27-32

F’dak iż-żmien, Ġesù lemaħ wieħed pubblikan, jismu Levi, bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi, u qallu: “Ejja warajja!”. Dak telaq kollox, qam u mar warajh. Imbagħad Levi għamillu laqgħa kbira f’daru stess, u kien hemm magħhom fuq il-mejda kotra kbira ta’ pubblikani u nies oħra.

Il-Fariżej u l-kittieba sħabhom bdew igemgmu mad-dixxipli tiegħu, u qalulhom: “Dan l-għala tieklu u tixorbu mal-pubblikani u l-midinbin?”… Kompli aqra »

Kor fl-okkażjoni taż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta

Bi tħejjija għall-Vjaġġ Appostoliku tal‑Papa Franġisku f’Malta ser jitwaqqaf kor li ser janima Quddiesa li ser issir fuq il-Fosos tal-Furjana nhar Għid il-Ħamsin, il-Ħadd 31 ta’ Mejju 2020. 

Il-kor ser ikun iffurmat minn tfal u adulti, u ser ikun taħt it‑tmexxija ta’ Mro Christopher Muscat, Maestro di Cappella tal‑Katidral Metropolitan u Direttur Mużikali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Tfal u adolexxenti bejn id‑9 u l‑14‑il sena għandhom japplikaw għall-kor tat-tfal filwaqt li dawk minn 15-il sena ’l fuq japplikaw mal-adulti… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jifforma Task Force għall-Protezzjoni tat-Tfal

L-Arċisqof Charles J. Scicluna se jkun parti mill-Kumitat ta' Superviżjoni, waqt li Andrew Azzopardi se jmexxi t-task force

  Il-Vatikan

Pope Francis bows his head in prayer during the Meeting for the Protection of Minors in the Church   (Vatican Media)

Following up on a plan announced at last year’s Meeting for the Protection of Minors in the Church, Pope Francis has launched a task force to help Bishops’ Conferences prepare and update child protection guidelines.

Pope Francis has established a task force “in order to assist the Episcopal Conferences in the preparation and updating of guidelines for the protection of minors”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 58, 1-9a
Salm: 50 (51), 3-4.5-6a.18-19

L-Evanġelju: Mt 9, 14-15

F’dak iż-żmien, resqu lejn Ġesù id-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”. 

Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin tal-għarus se jsewdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu”… Kompli aqra »

Il-passi li twettqu wara l-laqgħa dwar ‘Il-Protezzjoni tal-Minuri fil-Knisja’

L-Arċisqof Charles J. Scicluna parti mill-Kumitat Organizzattiv tal-laqgħa li saret is-sena li għaddiet

  Il-Vatikan

L-Arċisqof Charles J. Scicluna waqt il-laqgħa dwar ‘Il-Protezzjoni tal-Minuri fil-Knisja’ (Ritratt: ANSA)

In November 2018, the Holy Father entrusted to Most Reverend Substitute, the task of assisting the Organizing Committee for the Meeting on ‘The Protection of Minors in the Church’, composed of Cardinal Blaise Cupich, Cardinal Oswald Gracias, His Excellency Archbishop Charles Jude Scicluna and Father Hans Zollner, in the preparation of said Meeting, which was then held in the Vatican from 21-24 February 2019… Kompli aqra »

Jara dak li hu fil-moħbi

Quddiesa f'Ras ir-Randan

  Il-Kamra tal-Avukati, il-Qrati tal-Ġustizzja, il-Belt Valletta

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Nixtieq li nagħmel riflessjoni qasira fuq il-kelma li qal Ġesù, ripetuta kemm-il darba fl-Evanġelju llum: “Missierek li jara dak li hu fil-moħbi…”

Waħda mid-differenzi kbar li hemm bejn ħajja Nisranija li ngħixuha bis-serjetà u ħajja Nisranija tal-isem biss hi l-konvinzjoni li hemm Alla Missierna li jara dak li hu fil-moħbi. Din tgħodd kemm għat-tajjeb li nagħmlu u kemm għall-ħażin li ma nagħmlux… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 30, 15-20
Salm: 1, 1-2.3.4 u 6

L-Evanġelju: Lq 9, 22-25

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jeħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, jiċħduh ix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum”.

Darba qal lil kulħadd: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum, u jimxi warajja… Kompli aqra »

Ir-Randan hu l-istaġun tar-rebbiegħa tar-ruħ, meta nitwieldu mill-ġdid – L-Arċisqof fl-Erbgħa tal-Irmied

Quddiesa f'Ras ir-Randan

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Dan l-Evanġelju jiġbor it-tliet għemejjel li aħna niddedikaw b’mod speċjali bħala parti mill-qima u l-kult tagħna fir-Randan: il-karità, is-sawm u t-talb. U l-Mulej jinsisti li għalkemm dawn huma atteġġjamenti li jistgħu jidhru minn barra, wieħed jista’ jidher jagħmel il-karità, jista’ wieħed jidher li qed jitlob u jidher ukoll qiegħed isum, l-għemil l-iżjed importanti huwa dak li jikber u jitla’ mill-qalb u li ngħixuh fejn il-Missier jara: “Il-Missier li jara dak li hu moħbi jroddlok hu” (Mt 5:4)… Kompli aqra »