Arkivji mensili: Frar 2020

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 2, 1-9
Salm: 33 (34), 2-3.4-5.6-7

L-Evanġelju: Mk 8, 27-33

F’dak iż-żmien, telaq Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu lejn l-irħula ta’ Ċesarija ta’ Filippu. Huma u mexjin, lid-dixxipli tiegħu għamlilhom din il-mistoqsija: “Min jgħidu n-nies li jien?” Weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, wieħed mill-profeti”.

Hu staqsiehom: “Imma intom, min tgħidu li jien?”. Qabeż Pietru u qallu: “Inti l-Messija”… Kompli aqra »

L-Isqfijiet Maltin jattendu konferenza f’Bari dwar l-immigrazzjoni u l-paċi fil-Mediterran

  Bari, l-Italja

L‑Arċisqof Charles J. Scicluna u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi jinsabu f’Bari, l‑Italja, għall‑konferenza bit‑tema ‘Il‑Mediterran fruntiera ta’ paċi’.

Għal din il‑laqgħa hekk imsejħa ta’ riflessjoni u spiritwalità ser jattendu madwar 60 isqof minn 20 pajjiż tal‑Mediterran fl‑Ewropa, l‑Afrika ta’ Fuq u Lvant Nofsani. L‑immigrazzjoni hija waħda mit‑temi prinċipali ta’ din il‑konferenza li ser tiddiskuti wkoll l‑evanġelizzazzjoni taż‑żgħażagħ, l‑isfida tal‑qagħad u l‑paċi fir‑reġjun.

Il‑laqgħa f’Bari, li qed tiġi organizzata mill‑Konferenza Episkopali Taljana (CEI), tibda llum u tintemm il‑Ħadd 23 ta’ Frar… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali: Għal Ġesù, l-umli huma dawk li tgħallmu jgħassu t-territorju tar-relazzjoni tagħhom ma’ Alla

  Il-Vatikan

Pope Francis lets an elderly lady kiss his pectoral cross  (Vatican Media)

Pope Francis continues his catechesis on the Beatitudes at the Wednesday General Audience, reflecting on the third: “Blessed are the meek, for they shall inherit the earth”. The official English-language summary is below:

Dear Brothers and Sisters: In our continuing catechesis on the Beatitudes, we now consider the third Beatitude: “Blessed are the meek, for they shall inherit the earth” (Mt 5:5).  Scripture uses the term “meek” for the poor and the dispossessed of the land.  Jesus’ statement that the meek will inherit the earth can thus seems contradictory.  Yet the Lord tells us that the meek will inherit the earth.  The Beatitude ultimately points us to the heavenly homeland promised to the children of God.  For Jesus, the meek are those who have learned to guard the territory of their relationship with God and preserve his gifts of peace, mercy and fraternity.  Sin can destroy this inheritance, for the hatred and division that flow from sin are destructive.  Meekness, on the other hand, preserves this inheritance, enables it to grow and wins the hearts of others by love, kindness and friendship.  By imitating the meekness of Christ, may we help to extend his kingdom and come to receive the inheritance promised to us by the Beatitude… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 1, 19-27
Salm: 14 (15), 2-3ab.3ċd-4ab.5

L-Evanġelju: Mk 8, 22-26

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli waslu Betsajda, u ħadulu quddiemu raġel agħma u talbuh imissu. Qabad l-agħma minn idu u ħadu barra mir-raħal, beżaqlu f’għajnejh, qiegħed idejh fuqu u staqsieh: “Qiegħed tara xi ħaġa?”. 

Dak ħares ’il fuq u qal: “Qiegħed nara n-nies, imma qiegħed narahom donnhom siġar mexjin”… Kompli aqra »

L-Azzjoni Kattolika Maltija hi preżenza importanti fis-solidarjetà u l-karità – L-Arċisqof

Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

L-okkażjoni tad-90 anniversarju mill-preżenza tal-Azzjoni Kattolika fil-Gżejjer Maltin tagħtini l-opportunità l-ewwel nett biex nesprimi l-gratitudni tal-Knisja f’Malta għal tant inizjattivi sbieħ, mhux biss ta’ formazzjoni imma ta’ solidarjetà, li l-Azzjoni Kattolika ppromwoviet f’dawn id-90 sena. Imma wkoll tagħtini l-opportunità biex inħares lejn il-futur tal-Azzjoni Kattolika b’fiduċja u tama kbira.

Huwa ta’ privileġġ għalija li regolarment niltaqa’ ma’ tant żgħażagħ taż-ŻAK li huma parti integrali mill-ħidma tal-Azzjoni Kattolika u nara l-impenn tagħhom biex jgħixu l-ħajja Nisranija fiċ-ċirkustanzi attwali… Kompli aqra »

Azzjoni Kattolika b’kontribut importanti fis-soċjetà Maltija – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f’għeluq id-90 sena tal-Azzjoni Kattolika Maltija

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Nixtieq li magħkom nirringrazzja lil Alla għal dawn id-90 sena ta’ Azzjoni Kattolika f’Malta.  Speċjalment għall-ġid li l-Azzjoni Kattolika għamlet fis-soċjetà Maltija kemm f’ħidma diretta, bħalma hi l-ħidma fil-qasam tad-djakonija, imma wkoll bil-formazzjoni ta’ nies li mbagħad kienu għas-socjetà Maltija bħall-melħ li jagħti t-togħma u bħal dawl li juri t-triq anke f’mumenti ta’ dlam. Nies iffurmati li għamlu differenza fis-soċjetà Maltija tul is-snin… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 1, 12-18
Salm: 93 (94), 12-13a.14-15.18-19

L-Evanġelju: Mk 8, 14-21

F’dak iż-żmien, id-dixxipli nsew jieħdu l-ħobż, u ma kellhomx ħlief ħobża waħda magħhom fid-dgħajsa. Ġesù wissiehom u qalilhom: “Iftħu għajnejkom, oqogħdu attenti mill-ħmira tal-Fariżej u mill-ħmira ta’ Erodi!”. Huma bdew jgħidu bejniethom: “Dan għax m’għandniex ħobż”.

Ġesù induna u qalilhom: “X’intom tgħidu bejnietkom li ma għandkomx ħobż? … Kompli aqra »

Birds of Prey

** 

Direzzjoni:       Cathy Yan

Atturi:              Margot Robbie, Mary Elizabeth Winstead, Jurnee Smollett-Bell, RosIe Perez, Chris Messina, Ella Jay Baco u  Adi Wong      

Ħin tal-Film:    109 min

Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18

Il-Joker u Harley Quinn, fil-qalba ta’ relazzjoni abbużiva li kellhom bejniethom, fl-aħħar jinfirdu, b’riżultat li Harley ssib ruħha barra mid-dar… Kompli aqra »

Kunsill ġdid tal-Kappillani 2020-2022

(xellug) Dun Robert Grech, Dun Mario Mangion, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, Dun Josef Mifsud u Dun Christopher Ellul. (Wara xellug) Dun John Muscat u Dun Ewkarist Zammit.

Il-Kulleġġ tal-Kappillani tal-Knisja f’Malta ħatar Kunsill ġdid għas-snin 2020 – 2022 fil-laqgħa tal-Kulleġġ tat-12 ta’ Frar. Il-Kunsill tal-Kappillani huwa ffurmat minn seba’ membri tal-Kulleġġ tal-Kappillani li hu magħmul mis-70 kappillan tal-parroċċi f’Malta. Il-membri tal-Kunsill il-ġdid huma:

President: Dun Mario Mangion (l-Arċipriet ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi)
Viċi President: Dun Ewkarist Zammit (l-Arċipriet ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi)
Segretarju tal-Kulleġġ: Dun Robert Grech (il-Kappillan tas-Swatar)
Kaxxier: Dun John Muscat (il-Kappillan ta’ Paola Lourdes)
Segretarju tal-Kunsill: Dun Josef Mifsud (l-Arċipriet tas-Siġġiewi)
Membri: Dun Christopher Ellul (l-Arċipriet Ħal Tarxien) u Dun Reuben Micallef (il-Kappillan Pembroke)

Il-Kunsill huwa responsabbli li janalizza l-ħwejjeġ li jolqtu l-ħidma pastorali fil-parroċċi u t-tmexxija tal-Kulleġġ u jkun ta’ għajnuna għall-Arċisqof u għall-kappillani kollha fil-ħidma pastorali tagħhom… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: ‘Alla jgħallimna libertà u responsabbiltà vera’

Papa Franġisku waqt l-Angelus tal-Ħadd fi Pjazza San Pietru (Vatican Media)

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-lum (cfr Mt 5,17-37) hu mislut ‘mid-diskors tal-muntanja”.  Jittratta l-argument tal-ħarsien tal-Liġi: kif għandi nobdi l-Liġi, x’għandi nagħmel.  Ġesù jrid jgħin lil min kien qed jisimgħu biex il-mod li bih jiħaddmu r-regoli tal-Kmandmenti mogħtijin lil Mosè jkun korrett, billi jħeġġiġhom li jkunu disponibbli għal Alla, li jedukana dwar liema huma l-libertà vera u r-responsabbità permezz tal-Liġi. 

Ifisser li ngħixuha (il-Liġi) bħala strument tal-libertà.  Ma ninsewhx dan: ngħixu l-Liġi bħala strument tal-libertà, li jgħinni biex inkun aktar ħieles, li jgħinni biex ma nkunx ilsir tal-passjonijiet u tad-dnub.  Niftakru fil-gwerer, niftakru fil-konsegwenzi tal-gwerer, niftakru f’dik it-tifla li mietet bil-kesħa fis-Sirja l-bieraħtlura.  Tant diżastri, tant minnhom.  Dan hu frott il-passjonijiet u n-nies li jagħmlu l-gwerra ma jafux jiddominaw il-passjonijiet tagħhom.  Jonqos li huma josservaw il-Liġi.  Meta nċedu għat-tentazzjonijiet u l-passjonijiet, ma nkunux fil-kontroll u protagonisti ta’ ħajjitna, imma nitilfu l-ħila li nikkontrollawha bir-rieda u r-responsabbiltà… Kompli aqra »