L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Frar
03/02/2020Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: 2 Sam 15, 13-14.30; 16, 5-13a
Salm: 3, 2-3.4-5.6-7
L-Evanġelju: Mk 5, 1-20
F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu 1waslu x-xatt l-ieħor tal-baħar u ġew fil-pajjiż tal-Gerasin. Kif niżel mid-dgħajsa, resaq fuqu wieħed, li ħareġ mill-oqbra, li kien maħkum minn spirtu ħażin. Dan kien jgħammar fl-oqbra, u ħadd ma kien jista’ jżommu marbut, anqas b’katina, għax bosta drabi laħqu rabtuh bix-xkiel u bil-ktajjen u hu kien jaqsam il-ktajjen u jkisser ix-xkiel, u ħadd ma kellu l-ħila jżommu… Kompli aqra »