Arkivji mensili: Marzu 2020
Xi dritt għandna nwaddbu l-ewwel ġebla? – L-Arċisqof
Quddiesa speċjali għal dawk li qed isibuha diffiċli f’dawn il-ġranet: diffiċli jibqgħu ġewwa, diffiċli għax waħedhom u diffiċli għax morda
30/03/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Fl-Ewwel Qari rajna l-Mulej isalva l-innoċenza ta’ Susanna permezz ta’ dan iż-żgħażugħ Danjel li waqaf lil dawn iż-żewġ imħallfin krudili, li għaliex Susanna ma ċeditx għall-istedina tagħhom għad-dnub, riedu jakkużawha inġustament b’adulterju.
Fl-Evanġelju Ġesù ma jiddefendix mara innoċenti; hija mara li nqabdet fid-dnub. Il-kundanna miktuba fil-Liġi hija ċara: għandha titħaġġar. Hekk jgħidulu: “Issa fil-liġi tagħna Mosè ordnalna biex nisa bħal dawn inħaġġruhom… Kompli aqra »
Alla jagħtina l-ħelsien u d-dinjità – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa speċjali għall-persuni li jinsabu weħidhom u dawk morda
30/03/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
Ġesù fil-ħajja tiegħu, diversi drabi, kellu nies li jippruvaw jonsbuh. Jistaqsuh mistoqsija mhux għax veru jixtiequ risposta għaliha imma biex iġibuh dahru mal-ħajt. Il-każ tal-lum huwa wieħed minn dawn, imma hu agħar għax ma kinetx biss mistoqsija biex jaraw kif se jwieġeb imma ġabulu quddiemu persuna li nqabdet fil-fatt fl-adulterju u qed isaqsuh iħaġġruhiex jew le, kif kellhom jagħmlu skont il-liġi ta’ Mosè… Kompli aqra »
ŻAK House ssir dar għal sitt ħaddiema tal-isptar
30/03/2020 ŻAK House, BirkirkaraL-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM) laqgħet fiż-ŻAK House f’Birkirkara (post attrezzat għall-gruppi ta’ żgħażagħ biex jorganizzaw live-ins u skambji), sitt ħaddiema tal-isptar, mingħajr ħlas, sabiex ikunu jistgħu jipproteġu l-familji u qraba tagħhom li jgħixu fi djarhom matul din is-sitwazzjoni diffiċli.
Għal żewġ radjografi, żewġ fiżjoterapisti, infermiera u tabib, bħalissa ż-ŻAK House saret ir-residenza permanenti tagħhom. Ma kinitx deċiżjoni faċli għalihom li jitilqu u jħallu lill-familji tagħhom warajhom, b’xi wħud anke jħallu tfal żgħar warajhom mingħajr ma jafu meta ser jerġgħu jgħannquhom. Iżda ma kellhomx għażla oħra… Kompli aqra »
Live: Talba tal-Kurunella tal-Ħniena Divina u Eżerċizzi tar-Randan minn Fr Robin Camilleri – 30/03/2020
30/03/2020 Il-Knisja Kolleġġjata Arċipretali ta’ Marija Bambina, l-IslaLive: Quddiesa u Rużarju mill‑Kurja tal-Arċisqof – 30 ta’ Marzu 2020, 5:30pm
30/03/2020 Il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaTalba għat-Tqarbina tax-Xewqa
Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija.
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »
Live: Quddiesa mill‑Kurja tal-Arċisqof – 30 ta’ Marzu 2020, 9:30am
30/03/2020 Il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaTalba għat-Tqarbina tax-Xewqa
Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija.
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »
L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Marzu
30/03/2020Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Dan 13, 1-9.15-17.19-30.33-62
Salm: 22 (23), 1-3a.3b-4.5.6
L-Evanġelju: Ġw 8, 1-11
F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn l-Għolja taż-Żebbuġ. Imma l-għada qabel is-sebħ raġa’ mar fit-tempju, u l-poplu kollu ġie ħdejh, u hu qagħad bilqiegħda jgħallimhom.
Imbagħad il-kittieba u l-Fariżej ħadulu quddiemu waħda mara li kienet inqabdet fl-adulterju. Huma qegħduha fin-nofs u qalulu: “Mgħallem, din il-mara nqabdet fil-fatt fl-adulterju… Kompli aqra »
Ġesù jgħix magħna u jagħtina l-ħajja – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa fil-ħames Ħadd tar-Randan
29/03/2020 Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal BalzanL-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
Hemm żewġ kelmiet speċjali f’dan ir-rakkont twil li għadna kemm smajna: “Ġesù beka”. Huma kelmiet speċjali f’din is-sentenza li hi waħda mill-iqsar li hemm fl-Iskrittura kollha. U speċjali għax naraw f’dan ir-rakkont lil Ġesù jibki għax Lazzru kien ħabib tiegħu, u jibki għax ħassu emozzjonat meta jara lil ħutu u lin-nies l-oħra wkoll jibku t-telfa ta’ Lazzru.
Ġesù jifhimna, hu wkoll għadda mit-tbatija, u jista’ jifhem dak li qed inħossu f’dawn iż-żminijiet… Kompli aqra »
Kriterji għad-dħul fis-Sixth Forms tal-Knisja
29/03/2020Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija jixtieq jinforma lill-pubbliku, li fiċ-ċirkustanzi preżenti li huma bla preċedent, is-Sixth Forms tal-Kulleġġ De La Salle u tal-Kulleġġ San Alwiġi ser ikomplu d-diskussjonijiet li għaddejjin mal-awtoritajiet tal-Edukazzjoni u l-bord tal-Matsec.
Ladarba dawn id-diskussjonijiet jiġu konklużi, ir-reviżjoni tal-kriterji għad-dħul fiż-żewġ kulleġġi għas-sena sena akkademika li tibda f’Settembru 2020, tiġi determinta u ppublikata mill-Kulleġġi rispettivament.
Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub jagħti ż-żmien meħtieġ biex dawn l-istituzzjonijiet edukattivi jirrispondu għas-sitwazzjoni preżenti b’mod validu u ġust fl-aħjar interess ta’ kulħadd… Kompli aqra »