Arkivji mensili: March 2020

Live: Quddiesa mill‑Kurja tal-Arċisqof – 1 ta’ April 2020, 9:30am

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

Ejjew inħarsu lejn il-Mulej u minnu nieħdu s-saħħa, il-ħelsien tassew u s-salvazzjoni – L-Arċisqof

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Int min int?” (Ġw 8:38). Din hija domanda li nsibuha fl-Evanġelju ta’ San Ġwann kif insibuha wkoll fl-Evanġelju ta’ San Mark.

Din hi domanda dwar min hu Ġesù, l-identità tiegħu. U Ġesù jitkellem b’verità sħiħa li  huwa mibgħut mill-Missier. Hu jgħid ukoll li hu jaf sewwa min huma dawk li qegħdin jistaqsuh: ‘int min int?’. Anzi jagħraf l-ebusija tal-qalb tagħhom, jagħraf ukoll id-dnub tagħhom… Kompli aqra »

Live: Polza ta’ parteċipazzjoni għal Primarja 1 bniet – Dħul 2020, 2 t’April 9:30am

Il-Ħamis 2 ta’ April 2020, tista’ ssegwi live t-tlugħ tal-polza ta’ parteċipazzjoni għall-Primarja 1 tal-bniet fl-iskejjel tal-Knisja. Il-polza tibda fid-9:30am.

Il-filmati tal-poloz jibqgħu aċċessibbli online anki wara li tispiċċa x-xandira tagħhom. Ir-riżultati tal-poloz jittellgħu online l-għada ta’ kull polza, fuq il‑paġna tal‑Iskejjel tal‑Knisja.

Għal iktar tagħrif il-pubbliku jista’ jibgħat email fuq admissions@maltadiocese.org jew iċempel fuq 7999 0224… Kompli aqra »

Live: Polza ta’ parteċipazzjoni għall-Form 1 bniet u subien – Dħul 2020, 1 t’April, 9:30am

Għada l-Erbgħa 1 ta’ April 2020, tista’ ssegwi live t-tlugħ tal-polza ta’ parteċipazzjoni għall-Form 1 tal-bniet u s-subien fl-iskejjel tal-Knisja. Il-polza tal-bniet tibda fid-9:30am u tas-subien issir eżatt warajha fl-10:30am, jew xħin tispiċċa l-polza tal-bniet jekk din tkun għadha ma spiċċatx sa dak il-ħin.

Il-filmati tal-poloz jibqgħu aċċessibbli online anki wara li tispiċċa x-xandira tagħhom. Ir-riżultati tal-poloz jittellgħu online l-għada ta’ kull polza, fuq il‑paġna tal‑Iskejjel tal‑KnisjaKompli aqra »

Nagħmel dak li jogħġob lilu – L-Isqof Galea-Curmi

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Jien dejjem nagħmel dak li jogħġob lilu”. F’din is-sentenza Ġesù ġabar l-iskop tal-ħajja tiegħu, tal-missjoni tiegħu, u dak li għamel mill-bidu sal-aħħar. Niftakru li fil-bidu tal-missjoni tiegħu, tal-ħidma tiegħu qalb in-nies, kien qal: “Jien ma ġejtx biex nagħmel ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ dak li bagħatni”. Dejjem baqa’ jinsisti fuqha din: li hu jrid jagħmel ir-rieda tal-Missier. Fl-Ort tal-Ġetsemani, fil-mument ta’ tbatija hekk kbira, Ġesù qal: “Jekk jista’ jkun biegħed minni dan il-kalċi imma mhux li rrid jien imma li trid int ikun magħmul”… Kompli aqra »

Dati ġodda għall-poloz għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja

L-Uffiċċju għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja qed iħabbar dati ġodda għall-poloz tad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja. Dawn se jiġu mxandra live fuq www.knisja.mt minn ġo studio mingħajr il-preżenza tal-ġenituri u bl-inqas nies possibbli, minħabba r‑restrizzjonijiet kontra t‑tixrid tal‑coronavirus. Matul it-tlugħ tal-poloz ser ikun preżenti nutar.

L-ewwel poloz li se jsiru huma dawk ta’ parteċipazzjoni, tal-bniet u s-subien, għad-dħul fl-ewwel sena sekondarja. Dawn se jsiru nhar l-Erbgħa, 1 ta’ April 2020… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill‑Kurja tal-Arċisqof – 31 ta’ Marzu 2020, 5:30pm

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 21, 4-9
Salm: 101 (102, 2-3.16-18.19-21

L-Evanġelju: Ġw 8, 21-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Fariżej: “Jiena mmur, u intom għad tfittxuni, imma għad tmutu fid-dnub tagħkom. Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu”. Qalu l-Lhud: “Jaqaw se jneħħi ħajtu b’idejh dan? Għax qal: “Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu”.

Ġesù qalilhom: “Intom minn hawn isfel, u jiena ġej minn hemm fuq… Kompli aqra »

Live: Quddiesa mill‑Kurja tal-Arċisqof – 31 ta’ Marzu 2020, 9:30am

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »