Arkivji mensili: Marzu 2020
L-imħabba lejn Alla twassalna għall-imħabba lejn l-oħrajn – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa speċjali għal dawk kollha li mietu bil-Coronavirus
20/03/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
Il-mistoqsija liema hu l-ewwel jew liema hu l-akbar kmandament fost il-kmandamenti kollha kienet mistoqsija li jħobbu jiddiskutuha fi żmien Ġesù. Għalhekk meta wieħed mill-kittieba ġie jistaqsi lil Ġesù, ried ikun jaf x’jaħseb Ġesù. Dak iż-żmien, minbarra l-10 kmandamenti, kellhom mijiet ta’ liġijiet. Ried ikun jaf x’jaħseb Ġesù fuq liema hu l-ewwel kmandament.
Ġesù fit-tweġiba, flok jgħidlu wieħed, isemmilu tnejn… Kompli aqra »
San Ġużepp jurina kif ngħixu fi żmien ta’ kriżi – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa speċjali u rużarju trasmessi live nhar il-Festa ta' San Ġużepp
19/03/2020 Il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù, ir-RabatL-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
San Ġużepp huwa l-qaddis li fl-Evanġelju nsibuh kważi dejjem f’mument ta’ kriżi. Mhux kriżi li ħoloqha hu, imma kriżi li tiġi ma’ wiċċu. L-Evanġelju tal-lum hu każ minnhom: hu ma setax jifhem x’qed jiġri, kif Marija kien se jkollha tarbija. Imma anke meta twieled Ġesù, rah jitwieled f’għar. Wara li twieled, kellu jitlaq lejn l-Eġittu minħabba li Erodi kien qed ifittex li joqtol lil Ġesù… Kompli aqra »
Live: Quddiesa u Rużarju mill‑Kurja tal-Arċisqof – 20 ta’ Marzu 2020, 5:30pm
20/03/2020 Il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaTalba għat-Tqarbina tax-Xewqa
Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija.
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »
Live: Quddiesa mill‑Kurja tal-Arċisqof – 20 ta’ Marzu 2020, 9:30am
20/03/2020 Il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaTalba għat-Tqarbina tax-Xewqa
Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija.
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »
L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Marzu
20/03/2020Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Ħos 14, 2-10
Salm: 80 (81), 6ċ-8a.8bċ-9.10-11ab.14 u 17
L-Evanġelju: Mk 12, 28b-34
F’dak iż-żmien, wieħed mill-kittieba resaq fuq Ġesù u staqsieh: “Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?”. Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa dan: “Isma’ Iżrael! Il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha”… Kompli aqra »
San Ġużepp – il-magħżul li jħares il-ħajja u l-missjoni ta’ Ġesù – L-Arċisqof
Quddiesa fil-Festa ta' San Ġużepp
19/03/2020 L-Oratorju ta' San Ġużepp, ir-RabatL-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Fil-festa ta’ San Ġużepp ta’ din is-sena qegħdin niċċelebraw l-Ewkaristija f’ċirkustanzi speċjali li wassluna f’riġlejn din l-istatwa għażiża f’dan l-Oratorju għażiż li għal sekli huwa ddedikat lill-patrijarka San Ġużepp.
Din is-sena hija sena li nistgħu nsejħulha wkoll Ġużeppina għaliex fit-8 ta’ Diċembru li ġej, ’k Alla jrid, niċċelebraw il-150 sena minn meta l-Beatu Papa Piju IX iddikjara lil San Ġużepp patrun tal-Knisja universali… Kompli aqra »
Talba tal-Kurunella tal-Ħniena Divina u Eżerċizzi tar-Randan minn Fr Keith Bonnici – 19/03/2020
19/03/2020 Il-Knisja Kolleġġjata Arċipretali ta’ Marija Bambina, l-IslaLive: Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ Marzu 2020, 5:30pm
19/03/2020 Il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaTalba għat-Tqarbina tax-Xewqa
Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija.
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »
Live: Quddiesa – 19 ta’ Marzu 2020, 9:30am