Arkivji mensili: April 2020
It-tagħlim ta’ Ġesù hu rilevanti biex narawh fil-proxxmu – L-Arċisqof
Quddiesa fil-festa tal-Papa San Piju V
30/04/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
F’din is-silta mill-kapitlu 6 ta’ San Ġwann, il-Mulej jinsisti fuq żewġ affarijiet importanti ħafna.
L-ewwel nett l-effett tal-preżenza u t-tagħlim tiegħu ma jiqfux fuq din l-art. Ħafna drabi aħna nidħlu fit-tentazzjoni li nirriduċu t-tagħlim ta’ Ġesù għal dimensjoni li tispiċċa u ssib il-milja tagħha fuq din l-art. It-tagħlim ta’ Ġesù huwa rilevanti ħafna biex ngħixu ħajja ta’ nies, biex naraw lilu fil-proxxmu u fuq dan se jiġġudikana… Kompli aqra »
Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 30 t’April, 9:30am
30/04/2020 Il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaSegwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.
Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa
Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija.
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »
L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ April
30/04/2020Il-Ħamis tat-Tielet Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Atti 8, 26-40
Salm: 65 (66), 8-9. 16-17. 20
L-Evanġelju: Ġw 6, 44-51
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Hemm miktub fil-Profeti: “U kulħadd ikun mgħallem minn Alla”. Mela kull min jisma’ lill-Missier u jitgħallem minnu jiġi għandi… Kompli aqra »
Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali: Ħobb lid-dinja li tippersegwitak
29/04/2020 Bibljoteka tal-Palazz Appostoliku, il-Vatikan9. “Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet” (Mt 5:10)
Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!
Bl-udjenza tal-lum nagħlqu l-mixja fuq il-Beatitudnijiet tal-Vanġelu. Kif smajna, fl-aħħar waħda jiġi mxandar il-ferħ eskatoloġiku tal-ippersegwitati minħabba fil-ġustizzja.
Din il-beatitudni tħabbar l-istess ferħ tal-ewwel waħda: is-Saltna tas-Smewwiet hi ta’ dawk li huma ppersegwitati l-istess kif inhi tal-foqra fl-ispirtu; u hekk nifhmu li wasalna fi tmiem mixja waħda sħiħa mifruxa quddiemna mit-tħabbiriet ta’ qabel… Kompli aqra »
Għażlet li ssofri hi flok iġġiegħel lil min isofri – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa fil-festa ta' Santa Katarina ta' Siena, duttur tal-Knisja u patruna tal-Ewropa
29/04/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
Santa Katarina ta’ Siena għexet 33 sena. Ħajja qasira, ngħidu aħna. Imma kienet ħajja mimlija. Hija waħda minn dawk il-qaddisin fl-istorja tal-Knisja li tgħallimna li mhuwiex it-tul ta’ snin li hu l-iktar importanti, imma kif ngħixu fil-ħajja tagħna s-snin li jkollna, u kif nagħmlu minnhom tweġiba għas-sejħa ta’ Alla u don sabiħ għall-oħrajn.
Katarina kienet iddedikat lilha nnifisha lil Alla minn età żgħira: ħajja ta’ talb, ta’ penitenza u ta’ għoti ta’ karità… Kompli aqra »
Ingħaqad mas-seminaristi fit-talb tagħhom
30/04/2020Agħfas hawn biex issegwi t-talb għal iktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi nhar il-Ħamis 30 ta’ April fis-7pm. Kompli aqra »
…
Live: Poloz għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja: Każijiet Speċjali – 30 t’April, 9:30am
30/04/2020Idħol hawn u agħfas SUBSCRIBE biex iżomm lilek innifsek aġġornat permezz tax-xandiriet tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fuq YouTube. Kompli aqra »
…
Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 29 t’April, 9:30am
L-Erbgħa tat-Tielet Ġimgħa tal-Għid
29/04/2020 Il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaSegwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.
Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa
Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija.
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »
L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ April
29/04/2020Santa Katerina ta’ Siena, verġni, duttur tal-Knisja u patruna tal-Ewropa – Festa
QARI TAL-JUM
L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1:5-2:2
Salm: 102 , 1-4.8-9.13-14.17-18
L-Evanġelju: Mt 11:25-30
F’dak iż-żmien: Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, talli inti, dawn il-ħwejjeġ, ħbejthom lil min hu għaref u lil min jifhem, u għarrafthom lil min hu ċkejken… Kompli aqra »