Arkivji mensili: April 2020
Live: Quddiesa u Rużarju f’Jum id-Duluri – 3 t’April 2020, 5:30pm
03/04/2020 Il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), il-Belt VallettaTalba għat-Tqarbina tax-Xewqa
Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija.
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »
Jum id-Duluri
03/04/2020 Il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), il-Belt VallettaIl-Kurċifiss mirakoluż
Illum, 3 ta’ April 2020, Jum id‑Duluri, fuq talba tal‑Arċisqof il‑quddies ser jixxandar mill‑Knisja ta’ Ġieżu, il‑Belt Valletta, fejn jinsabu meqjuma x‑xbihat devoti tal‑Kurċifiss mirakoluż u tad‑Duluri li s‑soltu toħroġ f’pellegrinaġġ mat‑toroq tal‑Belt.
Il‑Quddiesa tad‑9:30am, segwita mit‑talba tar‑Rużarju, se titmexxa mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi. Il‑Quddiesa tal‑5:30pm, li wkoll se tkun segwita mit‑talba tar‑Rużarju, se titmexxa mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna,.
L‑Insara huma mistiedna jingħaqdu fit‑talb mal‑Isqfijiet waqt il‑Quddies li ser jixxandar fuq TVM2, NET, ONE, Xejk, Knisja.mt u Newsbook.com.mt… Kompli aqra »
L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ April
03/04/2020Il-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri
Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Rum 8, 31b-39
Salm: 17
L-Evanġelju: Ġw 19: 25-27
Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù, ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa u Marija ta’ Magdala.
Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hemm hu ibnek”. Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hemm hi ommok.”
U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu… Kompli aqra »
Live: Quddiesa u Rużarju minn Ta’ Ġieżu f’Jum id-Duluri – 3 ta’ April 2020, 9:30am
03/04/2020 Il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), il-Belt VallettaTalba għat-Tqarbina tax-Xewqa
Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija.
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »
Dan iż-żmien hu opportunità biex nisimgħu iżjed lill-Mulej – L-Arċisqof
Quddiesa offruta għall-pazjenti tal-Covid-19 biex il-Mulej ikun tassew il-fejqan ta' ruħhom u ġisimhom
02/04/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Il-konfront ma’ Ġesù isir tassew qalil u ma jaħbix il-fatt li bil-mod il-mod kienet riesqa s-siegħa tiegħu.
L-Ewwel Qari li jitkellem dwar il-patt ta’ Alla ma’ Abraham jippreparana għal dak kollu li smajna fl-Evanġelju għaliex il-Lhud jippreżentaw ruħhom bħala wlied Abraham. Imma Ġesù stess jagħtihom x’jifhmu li, li jkunu wlied Abraham ifisser li mhux biss jagħrfu lil Alla, imma wkoll jaraw is-sinjal tal-preżenza tiegħu… Kompli aqra »
Covid-19: “Nibqgħu magħquda” – Mexxejja Nsara Ewropej iħeġġu għall-għaqda u s-solidarjetà
Stqarrija konġunta mill-Presidenti ta' COMECE u CEC
02/04/2020The COVID-19 pandemic and its dire consequences have hit Europe and the entire world
with full strength. Putting to the test every person, family, and community, the present crisis
has exposed the vulnerabilities and apparent certainties of our politics, economics and
societies.
Nevertheless, these trying times are also allowing us to re-discover our common humanity as brothers and sisters. We think of the many people who are sowing hope every day by exercising charity and solidarity… Kompli aqra »
Għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem – L‑Isqof Galea‑Curmi
Quddiesa offruta għall-pazjenti tal-Covid-19 biex il-Mulej ikun tassew il-fejqan ta' ruħhom u ġisimhom
02/04/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
Naqraw fl-Evanġelju ta’ San Ġwann li, darba minnhom, wara li Ġesù kien tkellem u wassal il-Kelma ta’ Alla, kien hemm numru sew min-nies li qalu: “Iebes dan il-kliem”. U wara li Ġesù kompla jispjega, l-Evanġelju jgħid: “Minn dakinhar ħafna min-nies telquh u ma baqgħux jimxu warajh”.
Fis-silta li smajna llum, dawn in-nies li qegħdin f’polemika ma’ Ġesù, u għal kull waħda li jgħid jgħidulu oħra, ma jitilqux, imma fl-aħħar tas-silta jgħid li qabdu l-ġebel biex iwaddbuhulu… Kompli aqra »
Messaġġ ta’ kuraġġ mill-Arċisqof lill-ħaddiema kollha tal-Isptar Mater Dei
02/04/2020Messaġġ mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Ippermettuli nwassal messaġġ ta’ kuraġġ lil kull min qiegħed jaħdem fl-isptar Mater Dei f’dawn il-ġranet tassew partikolari. Insellem lill-amministrazzjoni tal-isptar, lit-tobba u l-konsulenti, lin-nurses u l-istaff mediku kollu tal-isptar u nsellem ukoll b’mod partikolari lill-pazjenti.
Huma mumenti fejn jitolbu minna mhux biss ġenerożità, imma sagrifiċċji lil hemm minn dak li qatt konna naħsbu; b’mod speċjali niftakar fikom u l-fatt li ħafna drabi jkollkom tiċċaħdu mill-familji tagħkom, u li qegħdin taħdmu f’sitwazzjonijiet mhux faċli ta’ tensjoni u anke ta’ periklu… Kompli aqra »