Il-Kurċifiss mirakoluż

Illum, 3 ta’ April 2020, Jum id‑Duluri, fuq talba tal‑Arċisqof il‑quddies ser jixxandar mill‑Knisja ta’ Ġieżu, il‑Belt Valletta, fejn jinsabu meqjuma x‑xbihat devoti tal‑Kurċifiss mirakoluż u tad‑Duluri li s‑soltu toħroġ f’pellegrinaġġ mat‑toroq tal‑Belt.

Il‑Quddiesa tad‑9:30am, segwita mit‑talba tar‑Rużarju, se titmexxa mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi. Il‑Quddiesa tal‑5:30pm, li wkoll se tkun segwita mit‑talba tar‑Rużarju, se titmexxa mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna,.

L‑Insara huma mistiedna jingħaqdu fit‑talb mal‑Isqfijiet waqt il‑Quddies li ser jixxandar fuq TVM2, NET, ONE, Xejk, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.