Arkivji mensili: April 2020

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 22 t’April, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ April

L-Erbgħa tat-Tieni Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 5, 17-26
Salm: 33 (34), 2-3.4-5.6-7.8-9

L-Evanġelju: Ġw 3, 16-21

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu… Kompli aqra »

It-twelid ġdid li jiġi minn Alla – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta għar-residenti u l-ħaddiema tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Nikodemu kien Fariżew. Imma kien differenti minn uħud minn sħabu l-Fariżej.

Nafu, speċjalment mill-Evanġelju ta’ San Ġwann, kif il-Fariżej, meta kienu jiltaqgħu ma’ Ġesù, kienu jagħmlulu ħafna mistoqsijiet. Imma l-intenzjoni tagħhom ma kinetx biex isiru jafu, imma kemm-il darba staqsew lil Ġesù biex jonsbuh, jew inkella biex jidħlu f’dibattitu miegħu. Ġesù mal-Fariżej ħafna drabi sab qisu ħajt; ras iebsa u qalb magħluqa… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 21 t’April, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ April

It-Tlieta tat-Tieni Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 4, 32-37
Salm: 92 (93), 1ab.1ċ-2.5

L-Evanġelju: Ġw 3, 7b-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “La tistagħġibx jekk jiena għedtlek li jeħtiġilkom titwieldu mill-ġdid. Ir-riħ fejn irid jonfoħ; tisma’ ħossu, imma ma tafx mnejn hu ġej jew fejn hu sejjer. Hekk jiġri minn kull min jitwieled mill-Ispirtu”. 

“Kif qatt jista’ jkun dan?”, raġa’ qallu Nikodemu… Kompli aqra »

Dati ġodda għall-għażla ta’ Skola tal-Knisja

Is‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija qed iħabbar dati ġodda għall‑għażla ta’ skola tal‑Knisja għas‑sena akkademika li tibda f’Settembru li ġej. L‑għażla ta’ skola se tixxandar live fuq il‑website tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta www.knisja.mt, minn ġo studio mingħajr il‑preżenza tal‑ġenituri u bl‑inqas nies possibbli, minħabba r‑restrizzjonijiet kontra t‑tixrid tal‑coronavirus. Matul il‑proċess kollu ser ikun preżenti nutar.

Waqt il‑proċess tal‑għażla tal‑iskola, il‑ġenituri ser jiġu kkuntattjati bit‑telefown u jintalbu jagħmlu l‑għażla tagħhom… Kompli aqra »

Il-Papa fil-quddiesa tal-lum jitlob għall-politiċi

  Casa Santa Marta, il-Vatikan

At Mass on Monday at the Casa Santa Marta, Pope Francis prayed for all the men and women who have a vocation to political life and, in his homily, reflects on being born again of the Spirit.

After celebrating the Mass yesterday, Divine Mercy Sunday, in the Church of the Holy Spirit in the Saxon District, Pope Francis resumed Masses at the Casa Santa Marta on Monday… Kompli aqra »

Il-Magħmudija: spirtu ta’ maħfra, rikonċiljazzjoni u mħabba – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għall-ommijiet kollha li qed jistennew tarbija u dawk li kellhom tarbija fl-aħħar jiem

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dan id-djalogu ma’ Nikodemu l-Mulej jibda jgħallem lid-dixxipli tiegħu b’mod speċjali lil dan l-għaref tal-Liġi, it-tifsira profonda tal-Magħmudija li aħna l-Insara rċevejna u li nġeddu kull sena fil-lejl qaddis tal-Għid.

Ġesù jsejjaħ il-Magħmudija bħala t-twelid ġdid mill-ilma u l-ispirtu (Ġw 3:5). F’dawn il-ġranet ħafna jitkellmu dwar bidu ġdid. Donnu d-dinja li konna nafu sa ftit ġimgħat ilu waqfet u għandha bżonn terġa’ tibda u x-xewqa tagħna hija li meta tibda tkun ftit differenti… Kompli aqra »