Arkivji mensili: April 2020

Biex Kristu jkun tassew il-ġebla tax-xewka – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta għar-rispett u t-tolleranza lejn il-bnedmin kollha

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Il-ġebla li warrbu l-bennejja saret il-ġebla tax-xewka”. Hekk għedna fis-Salm illum, u hekk smajna lil Pietru fl-ewwel qari mill-Atti tal-Appostli, jgħid lill-kapijiet, lix-xjuħ u lill-kittieba meta staqsewh b’liema qawwa u f’isem min qed jagħmel dak li qed jagħmel, hu u l-appostli. Hu qalilhom: Fl-isem ta’ Ġesù ta’ Nazaret, li intom qtiltuh imma Alla qajmu mill-imwiet. Qalilhom: “Din hi l-ġebla li intom il-bennejja warrabtu u li saret il-ġebla tax-xewka”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 17 t’April, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawn.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ April

Il-Ġimgħa tal-Ottava tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 4, 1-12
Salm: 117 (118), 1-2 u 4.22-24.25-27a

L-Evanġelju: Ġw 21, 1-14

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ deher lid-dixxipli ħdejn il-baħar ta’ Tiberija. Dehrilhom hekk: Xmun Pietru, Tumas, li jgħidulu t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied Żebedew u tnejn oħra mid-dixxipli tiegħu kienu flimkien, u Xmun Pietru qalilhom: “Sejjer nistad”. Qalulu: “Ħa niġu miegħek aħna wkoll”… Kompli aqra »

Messaġġ mill-Arċisqof Charles Scicluna fit-30 xahar mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia

Il-tagħlim soċjali tal-Knisja jfakkarna illi l-paċi hija msejsa fuq il-verità, ġustizzja, libertà u mħabba. Dawn l-erba’ valuri huma l-pedament u jiddependu minn xulxin, kull wieħed minnhom huwa essenzjali; komunità ma tistax tkun verament fil-paċi jekk imqar waħda minnhom tkun nieqsa jew imwarrba.

Wara 30 xahar mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia għadna nistennew il-verità kollha dwar il-komplott wara l-assassinju tagħha u għadna nistennew li ssir ġustizzja magħha, mal-familja tagħha u magħna lkoll għax l-assassinju tagħha kien ukoll attakk premeditat fuq is-soċjetà tagħna… Kompli aqra »

Min jiltaqa’ magħna, jagħraf li fina jgħammar is-sliem li jagħtina Ġesù? – L-Arċisqof

Quddiesa b'talb biex il-Mulej iqawwi l-fidi tagħna fih fiċ-ċirkustanzi tal-lum

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-ewwel jum tal-ġimgħa dakinhar tal-irxoxt, wara li d-dixxipli ta’ Għemmaws kienu rritornaw lejn sħabhom u tgħarrfu lill-oħrajn x’kien ġralhom u kif għarfu lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż, Ġesù nnifsu jieqaf f’nofs id-dixxipli tiegħu u jagħtihom l-ikbar tislima: “Is-sliem għalikom” (Lq 24:36) jew inkella, kif nafuha u kif nużaw ukoll fil-Liturġija: il-Paċi Magħkom. Din hija t-tislima ta’ Kristu rxoxt, it-tislima li biha l-isqof fl-Ewkaristija jsellem lil poplu ta’ Alla għax hija t-tislima ta’ Ġesù stess… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ April

Il-Ħamis tal-Ottava tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 3, 11-26
Salm: 8, 2a u 5.6-7.8-9

L-Evanġelju: Lq 24, 35-48

F’dak iż-żmien, id-dixxipli ta’ Għemmaws kienu qegħdin itarrfu x’kien ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfu lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż. Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Huma twerwru bil-biża’ għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma… Kompli aqra »

Talba mill-Isqfijiet Maltin lill-Vatikan biex jintervjeni fir-rilokazzjoni ta’ migranti li jiġu salvati mill-baħar

Il-Konferenza Episkopali Maltija bagħtet ittra lill-Vatikan indirizzata lill-Kardinal Pietro Parolin, is-Segretarju tas-Sanata Sede, sabiex jintervjeni mal-istati l-oħra membri tal-Unjoni Ewropea u jitlobhom jappoġġjaw lil Malta billi jaċċettaw rilokament tal-migranti kollha abbord jew uħud minnhom.

Waħda mir-raġunijiet li ssemmiet kienet li l-pajjiż għadu kif daħħal 64 migrant minn fuq il-baħar bit-total għal din is-sena jitla’ għal 1,200 ruħ. Minkejja li matul is-snin sar rilokament ta’ migranti li jiddaħħlu f’Malta mill-baħar, xorta l-biċċa l-kbir jibqgħu f’pajjiżna… Kompli aqra »

Pellegrinaġġ privat ta’ San Girgor mill-Arċisqof

  Iż-Żejtun

Illum, 15 ta’ April 2020 l-Arċisqof Charles Jude Scicluna għamel b’mod privat il-pellegrinaġġ ta’ San Girgor, mill-Kappella ta’ San Klement fejn għamel mument ta’ talb, sal-Knisja ta’ San Girgor, iż-Żejtun, fejn l-Arċisqof ta wkoll il-barka.

Dan il-pellegrinaġġ is-soltu jsir ta’ kull sena l-Erbgħa fuq l-Għid il-Kbir tal-Mulej u f’ċirkustanzi normali jattendu għadd kbir ta’ nies, fosthom il-Kapitlu tal-Katidral u l-fratellanzi. Il-purċissjoni kienet bdiet issir fl-1543, ftit snin qabel l-Assedju l-Kbir, bħala talba lil Alla biex issaltan il-paċi fost in-nazzjonijiet Ewropej fi żmien ta’ periklu kbir… Kompli aqra »