Arkivji mensili: Mejju 2020

Quddies tas-Sibt – 23 ta’ Mejju

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof fid-9:30am

Segwi l-qari tal-Quddiesa tas-Sibt hawnhekk.

Quddiesa għaż-Żgħażagħ minn Fr Brendan Gatt fis-7pm

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Mejju

Is-Sibt tas-Sitt Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 18, 23-28
Salm: 46 (47), 2-3.8-9.10

L-Evanġelju: Ġw 16, 23b-28

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, kulma titolbu lil Missieri f’ismi jagħtihulkom. Sa issa ma tlabtu xejn f’ismi. Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. Dan għedthulkom bit-tixbihat.

Għad tasal siegħa meta ma nkellimkomx aktar bit-tixbihat, imma bil-miftuħ inħabbrilkom dwar il-Missier… Kompli aqra »

Il-ferħ tagħna li ħadd ma jeħodhulna – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa offruta għal kull min tilef it-tama, biex il-Mulej jagħtihom l-hena u jkun id-dawl f’mumenti ta’ dlam

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Il-ferħ tagħkom ħadd ma jeħodhulkom”. Dan il-kliem li smajna lil Ġesù jgħid fl-Evanġelju llum jinstema’ stramb meta jgħidu proprju fl-aħħar ċena, ftit mumenti qabel ma se jgħaddi mill-passjoni kiefra u l-mewt tiegħu. Qisu mhux floku li titkellem fuq il-ferħ meta hu kien jaf minn xiex se jgħaddi.

Imma Ġesù ried dejjem jitkellem ċar mal-appostli. Filwaqt li jippreparahom għal dik l-esperjenza kiefra li kien se jgħaddi minnha, u allura huma tant iħossuha, jippreparahom ukoll għal wara… Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin, il‑Belt Valletta

(xellug) Il-Kappillan Patri Alex Cauchi, l-Arċisqof Charles Scicluna u Patri Leslie Gatt, il-Provinċjal tal-Agostinjani

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ta l‑pussess tal‑ħatra lil Patri Alexander Cauchi, Agostinjan, bħala kappillan tal‑Parroċċa ta’ Santu Wistin, il‑Belt Valletta, waqt Quddiesa li saret illum, festa ta’ Sta Rita ta’ Cascia li kienet soru Agostinjana. Il‑Quddiesa xxandret b’mod dirett fuq il‑paġna ta’ Facebook u l‑YouTube channel tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, u ser tixxandar ukoll fil‑5:30 p.m… Kompli aqra »

Rita, magħżula mill-Mulej biex tkun xbieha tat-tbatija tiegħu – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' Santa Rita ta' Cascia li tat bidu għall-ħidma pastorali ta' Patri Alex Cauchi OSA bħala kappillan tal-Parroċċa ta' Santu Wistin

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin, il‑Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Rita kellha ħajja iebsa. Nistgħu ngħidu li l-imħabba tagħha miċ-ċokon u b’mod speċjali meta kienet għarusa u omm irżina kienet imdawra b’ħafna vjolenza. L-imħabba tagħha kienet bħal warda mdawra b’ħafna xewk.

L-ikonografija jew ix-xbihat li għandna ta’ Santa Rita jfakkruna li l-Mulej fiċ-ċirkustanzi ta’ ħajjitha għażilha biex tkun xebh tat-tbatija tiegħu. Imma wkoll li bl-imħabba tagħha tegħleb it-tbatija u tittrasformaha… Kompli aqra »

Membri taż-ŻAK f’laqgħa virtwali ma’ 80 żgħażagħ b’diskussjoni dwar il-ħarsien tal-ambjent

Djalogu internazzjonali li sar online mill-Catholic EarthCare Australia fil-ġimgħa Laudato si'

L-Erbgħa 20 ta’ Mejju, numru ta’ membri taż-ŻAK kellhom l-opportunità li jipparteċipaw fi djalogu internazzjonali li sar online grazzi għal Catholic EarthCare Australia li organizzaw din il-laqgħa virtwali bejn 80 żagħżugħ u żagħżugħa ta’ bejn is-16 u l-25 sena. Iż-żgħażagħ kienu ġejjin mill-Awstralja, New Zealand, Tonga, is-Samoa u Malta. Minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 li l-pajjiżi kollha qed jesperjenzaw bħalissa, u l-fatt li matul din il-ġimgħa l-Knisja qed tiċċelebra il-ħames anniversarju mill-publikazzjoni ta’ Laudato si’, din l-organizzazzjoni ħasbet li huwa l-mument opportun li jiġu flimkien żgħażagħ kattoliċi li għandhom għal qalbhom il-protezzjoni tal-ambjent sabiex jaqsmu u jiddiskutu problemi ekoloġiċi li l-pajjiżi tagħna u d-dinja qed tesperjenza, ibbażati wkoll fuq it-tagħlim tal-Papa Franġisku permezz ta’ Laudato si’Kompli aqra »

Direttivi dwar il-Quddiesa tal-Funeral

Miżuri li jħarsu s-saħħa ta' kull persuna

Wara l-laqgħa bejn l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex u l-Awtoritajiet tas-Saħħa, il-Knisja b’konsultazzjoni mal-istess awtoritajiet qed tippubblika direttivi dwar il-Quddiesa tal-funeral li jidħlu fis-seħħ mil-lum, il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju. Dawn id-direttivi jistabbilixxu l-miżuri li qed jittieħdu bil-għan li titħares is-saħħa tal-persuni li jattendu għall-Quddiesa u fl-istess waqt tingħata tislima xierqa lill-għeżież tagħna.

Il-Quddiesa tal-funeral ser tkun tista’ ssir fil-miftuħ bħal f’ċimiterji jew fuq iz-zuntier tal-knisja, jew fi knejjes kbar biss b’numru limitat ta’ nies… Kompli aqra »

Quddies għall-Ġimgħa – 22 ta’ Mejju

  Il-Furjana u l-Belt Valletta

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof fid-9:30am

Quddiesa fil-festa ta’ Santa Rita ta’ Cascia, ċelebrata mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin, il‑Belt Valletta, fil‑11:30am

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Mejju

Il-Ġimgħa tas-Sitt Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 18, 9-18
Salm: 46 (47), 2-3.4-5.6-7

L-Evanġelju: Ġw 16, 20-23a

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, intom għad tibku u tingħu, iżda d-dinja għad tifraħ; għad iġġarrbu n-niket, imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena. Il-mara, meta tkun se tiled tħossha mdejqa, għax tkun waslet is-siegħa tagħha; iżda meta tkun twieldet it-tarbija, ma tiftakarx iżjed fl-uġigħ, bil-ferħ li twieled bniedem fid-dinja… Kompli aqra »