Omm il-Knisja – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa offruta għal kull min qed ibati, b’mod speċjali min tilef persuna għażiża waqt il-Covid-19
01/06/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
Lil Marija narawha bħala Omm il-Knisja diġà fil-bidu tal-Knisja meta, kif smajna fil-Ktieb tal-Atti tal-Appostli, kienet miġbura flimkien mal-appostli huma u jitolbu. Jidher li l-appostli fehmu malajr dak li għamel Ġesù fuq is-salib meta lil Marija qalilha: “Hawn hu ibnek” u lil Ġwanni d-dixxiplu l-maħbub qallu “Hawn hi ommok” u minn dak il-ħin Ġwanni ħadha għandu. Hemmhekk, fuq is-salib, lil ommu taha lilna bħala ommna ħalli tkun hi l-omm li tmexxina fil-ħajja tagħna… Kompli aqra »