B’idu jerfagħna – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa offruta għal dawk kollha f’pajjiżna u fid-dinja morda bil-coronavirus
03/08/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
Meta Pietru u sħabu kienu fuq id-dgħajsa li kienet qed titħabat mal-mewġ, bir-riħ kontra tagħhom, l-aħħar ħaġa li kienu qed jistennew kienet li jaraw xi ħadd miexi fuq il-baħar. Għalhekk kif raw xi ħadd miexi, qalu li hu fantażma. Kien Ġesù, m’għarfux li kien Ġesù. Imma meta Ġesù għamlilhom il-qalb, Pietru, li dejjem hu l-ewwel wieħed li jitkellem u jieħu azzjoni, ried li jmur ħdejh, jimxi fuq il-baħar u jasal sa ħdejh… Kompli aqra »