Arkivji mensili: August 2020

Santu Wistin ispirazzjoni għalina lkoll – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa b'tifkira ta' Santu Wistin

  Il-Monasteru tas-Sorijiet Agostinjani, Fleur-de-Lys

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fid-dawl tal-ħajja ta’ Santu Wistin, nixtieq insemmi tliet punti ta’ riflessjoni li narahom jgħoddu ħafna għalina, speċjalment għalina li kkonsagrajna ruħna lil Alla.

Nafdaw fil-ħniena ta’ Alla

L-ewwel nett, insemmi dik it-talba sabiħa u tant magħrufa li għamel Santu Wistin fl-Istqarrijiet li tibda “Kemm ħabbejtek tard!”. Hija talba li tesprimi l-istorja tal-ħajja tiegħu, imma mbagħad meta tkompli taqra iktar ’l isfel f’dik il-parti tal-Istqarrijiet ta’ Santu Wistin, hu jgħid li t-tama tiegħu hi mibnija fuq il-ħniena immensa ta’ Alla… Kompli aqra »

Falliment? – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Kien falliment għal Ġesù dan il-jum meta mar fis-sinagoga ta’ Nażaret? Uħud jaraw f’din l-esperjenza falliment.

Hawnhekk f’San Luqa Ġesù jmur fis-sinagoga wara l-episodu tat-tentazzjonijiet, jiġifieri pjuttost fil-bidu tal-ministeru tiegħu. Innutaw x’jiġri. Fil-bidu, meta jaqra dik is-silta mill-Profeta Iżaija u jibda jitkellem, ir-rakkont jgħid li “ilkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu”. Kellu akkoljenza sabiħa; sa dak il-ħin kien sejjer tajjeb… Kompli aqra »

Iġġorr salib iebes – L-Isqof Galea-Curmi

Messaġġ mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu u jimxi warajja.” Dan hu l-kliem li Ġesù jgħid fl-Evanġelju skont San Mattew fil-Liturġija tal-lum, u jgħodd ħafna għalina.

Ma kienx ikun aħjar li kieku Ġesù qal: jekk xi ħadd irid jiġi warajja, jagħmel li jħoss, jimxi ma’ dak li jogħġbu, u jimxi warajja? Forsi għal mument kien jattira aktar nies, imma Ġesù ma jgħid xejn li bih ikun qed jidħaq bin-nies… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku waqt l-Anġelus – L-Insara huma msejħa jservu lil Alla u jaraw lil Ġesu fil-proxxmu

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Is-silta tal-Evanġelju tal-lum (cfr Mt 16,21-27) marbuta ma’ dik tal-Ħadd li għadda (cfr Mt 16,13-20).  Wara li Pietru, f’isem ukoll id-dixxipli l-oħra, kien stqarr il-fidi f’Ġesù bħala Messija u Iben Alla, Ġesù nnifsu beda jkellimhom dwar il-passjoni tiegħu.  Fit-triq lejn Ġerusalemm, jispjega ċar u tond lil ħbiebu dak li kien hemm jistennih fl-aħħar, fil-belt imqaddsa: iħabbar il-misteru tal-mewt tiegħu u tal-qawmien, tal-umiljazzjoni u tal-glorja.  Jgħid li “kellu jsofri ħafna mix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum” (Mt 16,21).  Imma kliemu ma nftiehemx għax il-fidi tad-dixxipli mhix matura, hija wisq imwaħħda mal-mentalità ta’ did-dinja (cfr (Ru 12,2).  Huma qed jaħsbu dwar xi rebħa terrena u għalhekk ma jifhmux il-lingwaġġ tas-salib… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 31 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 2, 1-5
Salm: 118 (119), 97.98.99.100.101.102

L-Evanġelju: Lq 4, 16-30

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra. Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Iżaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej: “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani… Kompli aqra »

Jekk titlef sold għax inti onest, qed terfa’ salibek – L-Arċisqof

It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

  Il-Kappella ta' Santa Marija Maddalena, Ħad-Dingli

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-ġimgħa li għaddiet smajna lil Ġesù jsejjaħ lil Pietru ‘blata’, il-blata tal-fidi ta’ Pietru li Ġesù jibni fuqha l-Knisja tiegħu. Illum Ġesù jsejjaħlu tfixkil u juża’ l-kelma skandlu. Il-filmat bħalissa qed iġibilna blata li fuqha mibnija dil-knisja ta’ Santa Marija Maddalena imma wkoll qed iġibilna blata fil-ħamrija li fil-passaġġ tista’ tfixklek u li bil-Grieg insejħulha scandalon, skandlu.

X’ġara? … Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd mill-Kappella ta’ Santa Marija Maddalena, Ħad-Dingli – 30 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Kappella ta' Santa Marija Maddalena, Ħad-Dingli

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 30 ta’ Awwissu

It-Tnejn u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 20, 7-9
Salm: 62 (63), 2.3-4.5-6.8-9
It-Tieni Qari: Rum 12, 1-2

L-Evanġelju: Mt 16, 21-27

F’dak iż-żmien, Ġesù beda juri lid-dixxipli tiegħu li kien meħtieġ għalih li jmur Ġerusalemm, isofri ħafna mix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum.

Pietru ġibdu lejh u beda jlumu u jgħidlu: “Allaħares, Mulej! … Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 29 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »