Il-ġid tal-umiltà u l-maħfra – L-Arċisqof
Quddiesa fil-festa ta' San Ponzjanu u San Ippolitu
13/08/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Ġesù jinsisti diversi drabi fuq il-maħfra ta’ bejnietna u jagħmilha kważi kundizzjoni biex nidħlu fis-saltna. Il-parabbola li smajna tikkonkludi b’din it-tagħlima importanti ta’ Ġesù: “Hekk jagħmel lilkom Missieri li hu fis-smewwiet jekk ma taħfrux lil xulxin minn qalbkom” (Mt 18:35). Minn qalbkom, mhux taparsi, minn qalbkom!
Aħna nafu kemm hu diffiċli taħfer, forsi iżjed diffiċli tinsa milli taħfer… Kompli aqra »