“Dawk huma flus misħuta!” – L-Arċisqof lil min isellef il-flus bl-użura
Quddiesa fit-30 Ħadd ta' Matul is-Sena
25/10/2020 Il-Kappella tal-Madonna tal-Ħlas, Ħal QormiL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
L-għaref tal-liġi jixtieq iġarrab lil Ġesù u jpoġġilu mistoqsija importanti ħafna għal nies li kienu mhux biss midħla tal-liġi imma kienu jafu kemm hemm liġijiet. “Liema hija l-liġi l-iżjed importanti?” (Mt 22:36). Liema hu l-kmandament il-kbir, dak li aħna nistgħu ngħidulu l-pedament jew inkella l-liġi kostituzzjonali, dik li fuqha jorbot kollox, il-liġi suprema?
Ir-risposta ta’ Ġesù tista’ tinġabar f’kelma waħda: l-imħabba… Kompli aqra »