Arkivji mensili: Ottubru 2020

Is-sbuħija ġewwenija – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Fariżew kellu raġun jinnota u jilmenta li Ġesu ma segwix ir-ritwal tal-ħasil (ara Lq 11:38). Fil-fatt, dil-ħaġa, l-Imgħallem m’għamilhiex. Ma kinitx biss kwistjoni ta’ ritwal imma nimmaġina anke ta’ iġene. Ġesu juża dan il-mument biex ifehemna li għalkemm ir-ritwal għandu wkoll is-sinifikat tiegħu, hemm bżonn li jibda minn ġewwa, mill-atteġġjamenti tagħna. Ta’ min nirriflettu ħafna fuqhagħax aħna għandna ħafna devozzjonijiet… Kompli aqra »

Sorijiet joffru binja lill-Papa għar-refuġjati

The Office of Papal Charities in the Vatican has received a building in Rome from a women’s religious congregation for free use to shelter migrants and refugees arriving in Italy. 

Cardinal Konrad Krajewski, the Apostolic Almoner, or the Pope’s official almsgiver, released a statement on Monday saying the Sisters Servants of Divine Providence of Catania were responding to the “invitation of Pope Francis, who in the Encyclical Fratelli tutti repeats several times the need for adequate hospitality to migrants fleeing wars, persecutions and natural catastrophes”. 

Through the Office of Papal Charities, the Sisters have lent their building on Via della Pisana (Pisana Road) to the Pope for free use… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 13 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 5, 1-6
Salm: 118 (119), 41.43.44.45.47.48

L-Evanġelju: Lq 11, 37-41

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien qed jitkellem, wieħed Fariżew stiednu għandu għall-ikel. Daħal għandu u qagħad bilqiegħda. Imma l-Fariżew stagħġeb meta ra li qabel xejn ma nħasilx skont ir-riti ta’ qabel l-ikel.

U l-Mulej qallu: “U issa intom il-Fariżej! Intom tnaddfu t-tazza u l-platt minn barra, iżda minn ġewwa intom mimlija bis-serq u l-ħażen… Kompli aqra »

Is-sinjal tal-ħajja vera – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal!” Dan il-kliem li smajna lil Ġesù jgħidu fl-Evanġelju tal-lum, Ġesù qalu meta kien imdawwar b’nies li kellhom moħħhom u qalbhom magħluqa għalih.

Dawn in-nies riedu sinjal. Imma fil-fatt, l-esperjenza ta’ Ġesù ma’ dawn in-nies kienet li qatt ma seta’ jġibha żewġ magħhom. Ftit qabel dan ir-rakkont, hemm il-ġrajja ta’ meta Ġesù keċċa xitan… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Il-Mulej iħejji l-festa tat-tieġ tiegħu għal kulħadd

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Bir-rakkont tal-parabbola tal-festa tat-tieġ li għandna fis-silta tal-Evanġelju tal-lum (cfr Mt 22,1-14), Ġesù jabbozza l-proġett li Alla ħejja għall-umaniità.  Is-sultan “li ħejja l-festa tat-tieġ ta’ ibnu” (v. 2) hu x-xbieha tal-Missier li ħejja lill-familja umana kollha biex tieħu sehem fil-festa meraviljuża ta’ mħabba u komunjoni madwar Ibnu l-waħdieni.  Għal darbtejn is-sultan jibgħat lill-qaddejja tiegħu biex isejħu lill-mistednin imma dawn jirrifjutaw, ma jridux imorru għall-festa għax għandhom affarijiet oħra x’jagħmlu: l-għelieqi u n-negozju.  Bosta drabi aħna wkoll inqiegħdu l-interessi tagħna u l-ħwejjeġ materjali qabel il-Mulej li qed isejħilna – u jsejħilna għall-festa.  Imma s-sultan tal-parabbola ma jridx li s-sala tibqa’ battala, għax jixtieq jirregala t-teżori tas-saltna tiegħu.  Għalhekk lill-qaddejja jgħidilhom: “Morru f’salib it-toroq u sejħu għall-festa lil kull min issibu” (v… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 12 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 4, 22-24.26-27.31 – 5, 1
Salm: 112 (113), 1-2.3-4.5a u 6-7

L-Evanġelju: Lq 11, 29-32

F’dak iż-żmien, meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: “Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta’ Ġona. Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta’ Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel… Kompli aqra »

Stedina ta’ min jilqagħha – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-28 Ħadd ta' Matul is-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Meta Ġesù jagħmel din it-tixbiha tal-festa tat-tieġ – sultan li ried jagħmel festa għat-tieġ ta’ ibnu – ried juri lin-nies li Alla dejjem jistedinhom, u jistieden lilna lkoll, għall-ħbiberija miegħu. Jekk hemm sinjal tal-imħabba, hu proprju t-tieġ, u għalhekk il-festa tat-tieġ hi l-festa tal-ħbiberija ma’ Alla. 

Hawnhekk Ġesù kien ċar li Alla dejjem jistieden, imma mbagħad mhux kulħadd jaċċetta l-istedina… Kompli aqra »

Missier li qatt ma jaqta’ qalbu minna – L-Arċisqof

Quddiesa fit-28 Ħadd ta' Matul is-Sena

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Ħlas, Ħal Qormi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Anke illum Ġesù jagħtina parabbola, storja li jużaha biex jiddjaloga, biex jitkellem mal-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu.

Kien qed iħoss li mhux se jilqgħuh. Beda jifhem li qiegħda sseħħ dik il-profezija ta’ meta kellu 40 jum biss. Nimmaġina li rrakkuntawlu meta Xmun qalilhom: “Dan għad ikun sinjal li jmeruh” (Lq 2:34). Imma Ġesù donnu ma jaqtax qalbu. Ikompli jistieden lill-mexxejja tal-poplu ta’ żmienu li, kif nafu, imbagħad kellhom jakkużawh u jagħtuh għall-mewt, iġiegħlu lil Pilatu jikkundannah biex imut fuq is-salib… Kompli aqra »