Arkivji mensili: Novembru 2020

M’hemmx bżonn affarijiet spettakolari biex niltaqgħu mal-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tifkira ta’ San Ġosafat, isqof u martri

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna u nfakkru lil San Ġosafat, nifhmu iżjed għaliex il-Mulej jinsisti ħafna fuq ir-realtà kiefra li jkollu jbati min-nisel ta’ żmienu u li jkun miċħud. Għaliex il-martri jgħixu f’ġisimhom dan l-istess proċess: jagħtu ħajjithom imma jkun hemm min mhux biss iġagħalhom ibatu imma wkoll li jiċħduhom. Fihom, fil-mewt tagħhom, hemm din il-kontinwazjoni tat-traġedja tal-umanità li tiċħad, li tirreżisti lil Ġesù u lil min hu tiegħu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 12 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Fil 7-20
Salm: 145 (146), 7.8-9a.9bċ-10

L-Evanġelju: Lq 17, 20-25

F’dak iż-żmien, il-Fariżej staqsew lil Ġesù meta kienet se tiġi s-Saltna ta’ Alla, u hu weġibhom: “Is-Saltna ta’ Alla ma tiġix b’sinjali li jidhru; lanqas ħadd ma hu se jgħid: “Arawha, hawn”, jew: “Hemm”, għax araw, is-Saltna ta’ Alla fostkom qiegħda!”. 

Lid-dixxipli tiegħu qalilhom: “Għad jiġi żmien meta tkunu tixtiequ taraw jum wieħed minn żmien Bin il-bniedem u ma tarawhx… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 11 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Tit 3, 1-7
Salm: 22 (23), 1-3a.3b-4.5.6

L-Evanġelju: Lq 17, 11-19

Ġara li, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda minn bejn is-Samarija u l-Galilija. Kif kien dieħel f’raħal, iltaqgħu miegħu għaxart irġiel morda bil-lebbra. Waqfu ’l bogħod minnu, għollew leħinhom u qalulu: “Ġesù, mgħallem, ikollok ħniena minna!”. Kif rahom, qalilhom: “Morru uru rwieħkom lill-qassisin”. U ġara li, huma u sejrin, fiequ mill-marda tagħhom… Kompli aqra »

Rapport McCarrick: paġna traġika li l-Knisja qed titgħallem minnha

In a statement of the Cardinal Secretary of State, Cardinal Pietro Parolin advises that the document be read in its entirety so as not to draw partial conclusions: “We publish the Report with sorrow for the wounds that these events have caused to the victims, their families, the Church in the United States, and the Universal Church”.

At the time of Theodore McCarrick’s appointment as Archbishop of Washington in 2000, the Holy See acted on the basis of partial and incomplete information… Kompli aqra »

Liberi minn kull frugħa tad-dinja – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tifkira tal-Papa San Ljun il-Kbir

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

X’qed tipprova tgħidilna din il-kelma ta’ Ġesù llum? Aħna nafu li mhux veru li ma niswew għal xejn, anzi l-Mulej iridna nieħdu sehem bit-talenti li għandna, bit-talenti li tana, biex inkunu ta’ servizz għal xulxin u anke għas-saltna tiegħu.

Li jixtieq huwa li nkunu liberi nagħmlu dak li għandna nagħmlu mingħajr ma nistennew ħafna promotions, ċfuf, titli, u onorifiċenzi… Kompli aqra »

Biex il-musbieħ jibqa’ mixgħul – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-25 anniversarju mit-twaqqif ta' Radju Marija u l-100 anniversarju mit-twelid tal-Papa Ġwanni Pawlu II

  L-uffiċini ta' Radju Marija, ir-Rabat

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

L-istorja li smajna llum fl-Evanġelju – tal-għaxar xebbiet li qed jistennew l-għarus – Ġesù qalha b’referenza għad-drawwiet ta’ żmienu, imma wkoll b’messaġġ ċar li ta lin-nies ta’ żmienu u jagħti lilna llum. Kieku kellek tiġbor fi ftit kliem il-messaġġ li qed jgħid Ġesù, hu: kun preparat, kun preparata, għall-mument meta tiltaqa’ miegħu wiċċ imb wiċċ. Aħna lkoll imsejħin biex inkunu ppreparati għal din il-laqgħa miegħu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 10 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Fedeltà lejn il-Papa – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tad-dedikazzjoni tal-Bażilika ta' San Ġwann tal-Lateran f'Ruma

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-konsagrazzjoni tal-Katidral ta’ Ruma, San Giovanni in Laterano, tagħtina l-opportunità mhux biss inġeddu l-fedeltà tagħna lejn l-Isqof ta’ Ruma, il-Papa, imma wkoll nirriflettu fuq il-kelma li jgħid Ġesù.

L-evanġelista Ġwanni jgħid li meta tkellem fuq it-tempju kien qed jirreferi għall-ġisem tiegħu “iżda hu tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu” (Ġw 13:21). Jekk il-ġisem ta’ Ġesù huwa tempju, hekk ukoll huwa l-ġisem tagħna, ta’ kull wieħed u waħda minna kif jgħallem l-Appostlu Missierna San Pawl… Kompli aqra »