Arkivji mensili: Novembru 2020

Il-Kardinal Grech jiċċelebra quddiesa fil-Bażilika ta’ San Pietru

Il-Kardinal Mario Grech, illum t-Tnejn, 30 ta’ Novembru 2020, ippresieda quddiesa kkonċelebrata fuq l-altar tal-Kattedra fil-Bażilika ta’ San Pietru, li matulha ħadu sehem lajċi, sorijiet u saċerdoti Maltin u Għawdxin.

Fl-omelija tiegħu, il-Kardinal Grech qal li l-ħarsa ta’ Ġesù tefa’ fuq Sant’Andrija tefagħha wkoll fuqu nhar is-Sibt li għadda meta l-Papa Franġisku ħatru kardinal għas-servizz tal-Knisja Universali.

Fit-tislima tiegħu lill-komunità Maltija, il-Kardinal Grech talab lill-Madonna tħares lil Malta u Għawdex, b’mod partikulari għall-għaqda fis-sitwazzjoni tal-lum… Kompli aqra »

Missierna l-fuħħari – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fl-Ewwel Ħadd tal-Avvent

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm kelma li fl-Evanġelju tal-lum Ġesù jirrepetiha tliet darbiet. Jgħid: “ishru”. Dan id-diskors hu parti minn diskors itwal li għamel Ġesù, li jiġi eżatt qabel il-Passjoni skont San Mark, u fi tmiem ta’ dan id-diskors twil, jgħid dik is-sentenza: “dak li qed ngħid lilkom, qed ngħidu għal kulħadd: ishru.”

X’jiġifieri tishar? Aħna bil-Malti għandna l-kelma ‘sahra’ li tfisser taħdem overtime Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 30 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Novembru

Sant’Andrija, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 10, 9-18
Salm: 18, 2-5

L-Evanġelju: Mt 4, 18-22

F’dak iż-żmien: Huwa u jdur ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, Ġesù lemaħ żewġ aħwa, Xmun, jgħidulu Pietru, u Indrì ħuh, qegħdin ikalaw ix-xbiek il-baħar, għax kienu sajjieda. U qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin”.

U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh… Kompli aqra »

“Ejjew nistennew lill-Mulej bil-ferħ” – L‑Arċisqof

Quddiesa fl-Ewwel Ħadd tal-Avvent

  Il-kappella taċ-ċimiterju ta' Wied Għammieq, il-Kalkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qabel xandar l-Evanġelju,  il-Kappillan Fr Brian, xegħel l-ewwel xemgħa minn dawn l-erbgħa xemgħat imbagħad waħda fin-nofs, li b’xi mod fuq l-artal iffissru l-mixja l bdejna llum, il-mixja tal-Avvent.

Iżjed ma nersqu lejn il-Milied, iżjed ikollna dawl. Dan huwa is-sinifikat ta’ dak li qegħdin nagħmlu fid-djar tagħna bħalissa meta nżejnu għall-Milied u nixegħlu d-dwal bit-tama li s-settijiet li xtrajna s-sena li għaddiet jixegħlu, biex inżejnu… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 29 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kappella ta' Wied Għammieq, il-Kalkara

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 29 ta’ Novembru

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 63, 16b-17.19b; 64, 2-7
Salm: 79 (80), 2aċ.3b.15-16.18-19
It-Tieni Qari: 1 Kor 1, 3-9

L-Evanġelju: Mk 13, 33-37

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kunu għajnejkom miftuħa, ishru, għax ma tafux meta se jasal il-waqt. Jiġri bħal meta bniedem ikun siefer u telaq mid-dar, iħalli kollox f’idejn il-qaddejja tiegħu, kull wieħed fuq xogħlu, u lil tal-bieb jordnalu biex jibqa’ jishar… Kompli aqra »

Il-Papa jitlob lill-kardinali jibqgħu fit-triq tal-Mulej

The consistory in the Vatican to create 13 new cardinals, 28 November 2020  (Vatican Media)

Pope Francis on Saturday held the 7th ordinary public consistory of his pontificate to create 13 new cardinals who come from 8 nations of the world.  He shared a reflection before bestowing on them the cardinal’s birretta (red hat), the ring and the title. 

He commented on a passage from Mark’s Gospel where Jesus speaks about his humiliation, passion, death and resurrection while approaching Jerusalem.  Meanwhile, James and John urge Jesus for a place of privilege when He is in glory.  But Jesus tells the two brothers they must first be ready to suffer and be a servant of others like the Son of Man.   

The Pope said that the road to Jerusalem is the road of life and salvation, which is travelled with Christ and which leads to the paschal mystery of Jesus… Kompli aqra »

Il-Papa jaħtar lil Dun Ivan Camilleri bħala l-Isqof Awżiljarju ta’ Toronto

Pope Francis has appointed Fr. Ivan Camilleri as auxiliary bishop of the Archdiocese of Toronto. Following his episcopal ordination, the new bishop will join three auxiliary bishops currently assisting the Archbishop of Toronto, Cardinal Thomas Collins, in serving the faithful of the Archdiocese of Toronto. Bishop-designate Camilleri commented on the appointment from the Holy Father:

“I am very humbled by the trust that Pope Francis and Cardinal Collins have placed in me to serve the Archdiocese of Toronto in this ministry… Kompli aqra »