Arkivji mensili: Diċembru 2020

Ma ngħidulux “full up” – L-Isqof Galea-Curmi

Il-Quddiesa ta' Nofsillejl

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fil-Ktieb tal-Apokalissi hemm sentenza li f’parti minnha tgħid hekk: “Ara jiena fil-bieb u qiegħed inħabbat” (Apok 3:20). Meta naqraha, u nara l-ġrajja tal-Milied, nistħajjilha deskrizzjoni tal-esperjenza ta’ San Ġużepp li kien qed qed iħabbat, ifittex post fejn jistgħu jidħlu, hu u martu Marija, ħalli hi tista’ twelled lil binha. L-Evanġelju jgħidilna li dal-post ma sabux. Hemm dik is-sentenza fl-Evanġelju skont San Luqa, li tant hi sentenza kiefra, u li naqrawha meta niċċelebraw il-ġrajja tal-Milied: “Ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda” (Luqa 10:7)… Kompli aqra »

Naħfru lil min għamlilna d-deni – L‑Arċisqof

Quddiesa f’għeluq il-100 sena mill-bini tal-kappella

  Il-kappella tal-Madonna ta’ Lourdes, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li għadna kemm qrajna huwa Evanġelju li forsi wieħed jgħid: imma dan huwa l-Evanġelju li naqraw l-għada tal-Milied? Jintagħżel minħabba l-festa ta’ San Stiefnu li kien l-ewwel dixxiplu li jagħti ħajtu għall-istqarrija tal-fidi tiegħu f’Ġesù.

Huwa wieħed mid-djakni magħżula biex ikun qaddej tal-komunità imma l-ispirtu tal-Mulej kien fuq Stiefnu biex ukoll ixandar il-Kelma. Fil-fatt jagħti xhieda sabiħa li Ġesù huwa l-Iben ta’ Alla… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 26 ta’ Diċembru, 9:30am

Quddiesa f’għeluq il-100 sena mill-bini tal-kappella

  Il-kappella tal-Madonna ta’ Lourdes, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Diċembru

San Stiefnu, l-Ewwel Martri – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6, 8-10; 7,54-59
Salm: 30, 3cd-4.6ab.7b.8a.16

L-Evanġelju: Mt 10, 17-22

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Oqogħdu attenti mill-bniedem! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati u jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom; itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani. Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif sa titkellmu jew x’sa tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu. 

Għax mhux intom tkunu li titkellmu, imma l-Ispirtu ta’ Missierkom ikun qiegħed jitkellem permezz tagħkom… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Urbi et Orbi: Il-Milied ifakkarna li aħna lkoll aħwa

Pope Francis 'Urbi et Orbi' message and blessing

Dear Brothers and Sisters, Merry Christmas!

I would like to bring to everyone the message that the Church proclaims on this feast with the words of the prophet Isaiah: “To us a child is born, to us a son is given” (Is 9:6)

A child is born. A birth is always a source of hope; it is life that blossoms, a promise of the future… Kompli aqra »

L-imħabba libera tal-Mulej – L‑Arċisqof f’Jum il-Milied

Quddiesa Pontifikali fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dawl, ħajja, grazzja. Dawn kollha huma kliem għeżież li l-bidu tal-Evanġelju skont San Ġwann li għadna kemm smajna, jirrepeti kemm-il darba. Donnu qiegħed jirrispondi għall-għatx profond li hemm fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna. Fid-dlam nixxeqnu għad-dawl, fid-dlamijiet tal-mewt nixxenqu għall-ħajja. Fost ħafna tiġrib, għira u mibegħda nixxenqu għall-grazzja tal-imħabba.

Illum tweldilna tifel li jiġbor fih dan kollu għax il-liġi nagħtatilna permezz ta’ Mosè imma l-grazzja u l-verità seħħew permezz ta’ Ġesù Kristu… Kompli aqra »

Il-Papa fil-Quddiesa ta’ Nofsillejl: Ġesù jiġi bħala tarbija biex jagħmilna wlied il-Mulej

With Italy under a new lockdown for the holidays, Pope Francis celebrated Christmas Mass “during the Night” in a near empty Saint Peter’s Basilica on Thursday evening. Millions of people were able to follow the ceremony through radio, television and the various means of social communications.

In his homily, Pope Francis said, “The birth of Jesus is the ‘newness’ that enables us to be reborn each year, and to find, in Him, the strength needed to face every trial.”

Jesus is born “for us”

Jesus’ birth, the Pope said, is for us; and he noted how often the word “for” appears “on this holy night.”

“Yet what do these words — ‘for us’ — really mean?” he asked… Kompli aqra »

Il-ħlewwa, l-istedina ta’ dan il-Milied – L‑Arċisqof

Quddiesa ta' Nofsillejl

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Dehret il-grazzja ta’ Alla” (Tit 2:11). Dawn huma l-kliem tal-Appostlu Missierna San Pawl li jiġbru ċ-ċelebrazzjoni li qegħdin nagħmlu llum. Il-Milied dan hu. Imma meta ngħid il-kelma ‘grazzja’ xi tfisser?

Grazzja tfisser imħabba li ma titlob xejn lura, tfisser għożża u tenerezza, dak li aħna bil-Malti wkoll insejħulha ħlewwa. Illum dehret il-ħlewwa, it-tenerezza ta’ Alla. U s-sinjal jagħtihulna l-anġlu: “Issibu tarbija mfisqija u mimduda f’maxtura” (Lq 2:12)… Kompli aqra »

“Il-Milied huwa għanja tal-ħajja fil-ġuf tal-omm” – L‑Arċisqof

L‑ewwel għasar solenni tal‑Milied u l‑Quddiesa tal‑Vġili

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Nisperaw li tkunu tistgħu tisimgħuni għax ma nistax nagħmel kompetizzjoni ma’ din il-kakofonija li hemm barra. Wegħduna li f’dan il-ħin tal-quddiesa mhux se jkun hemm dan id-daqq u nixtieq nibda din l-omelija b’sinjal tad-diżappunt. Meta tingħata kelma u ma tiġix onorata, hija ħaġa tal-mistħija kbira lejlet il-Milied. Nitlobkom biex lill-Kunsill Lokali tal-Belt u lill-kummerċjanti tgħidulhom, jekk jogħġobkom, u twasslu l-ilment tiegħi. Anke għaliex din ir-realtà li ma nistgħux nagħmlu l-kult tagħna bil-kwiet, fakkritni li qegħdin ngħixu f’dak li qal il-Papa Franġisku: li l-Milied ġie sekwestrat, hijacked mill-kummerċ… Kompli aqra »

Quddiesa Pontifikali fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, 9:30am

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »