Arkivji mensili: Diċembru 2020

Dan il-Milied niftħu qalbna għall-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fir-Raba' Ħadd tal-Avvent

  Il-Kappella tal-Isptar Mater Dei, l-Imsida

L-anġlu tal-Mulej ikellem lil din ix-xebba rżina, Marija ta’ Nazaret, u jfakkarha li “għal Alla m’hemm xejn li ma jistax ikun” (Lq 1:37).

L-Evanġelju ta’ San Luqa, meta jintroduċi lil din ix-xebba, jgħidilna li kienet “mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David” (Lq 1:27). U meta l-anġlu jħabbar li Marija li kellha tnissel fil-ġuf tagħha bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, iħabbrilha li kella tnissel fil-ġuf u jkollha iben u ssemmih Ġesù u dwar it-tifel li kien se jkollha, jgħidilha hu jkun kbir, ikun jissejjaħ Bin il-Għoli, il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb (ara Lq 1: 31-33)… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 20 ta’ Diċembru, 9:30am

  Il-Kappella ta' Marija Omm Alla, l-Isptar Mater Dei

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 20 ta’ Diċembru

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 7, 1-5.8b-12.14a.16
Salm: 89 (89), 2-5.27.29
It-Tieni Qari: Rum16, 25-27

L-Evanġelju: Lq 1, 26-38

F’dak iż-żmien, Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”… Kompli aqra »

L-Arċisqof ibierek l-estensjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata

Dalgħodu l-Arċisqof Charles Jude Scicluna bierek l-estensjoni l-ġdida taċ-Ċimiterju tal-Addolorata f’Raħal Ġdid. Hu kien akkumpanjat mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. Waqt iż-żjara, Mons. Arċisqof iltaqa’ wkoll mal-ħaddiema li qed jaħdmu fuq din iż-żona l-ġdida tac-ċimiterju. Kompli aqra »

Inħallu t-tmun tad-dgħajsa tagħna f’idejn Alla – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

San Ġużepp kien bniedem li joħlom, imma kellu l-grazzja li l-ħolm tiegħu kien mezz kif Alla jwasallu messaġġ. Kien ħolm b’differenza. Il-Papa Franġisku, fit-8 ta’ Diċembru li għadda, ħareġ Ittra Appostolika fuq San Ġużepp, bl-isem B’qalb ta’ Missier, u jitkellem fuq l-erba’ ħolmiet li kellu Ġużeppi.

Hawn fl-Evanġelju tal-lum għandna ħolma minnhom. Insibu lil Ġużeppi li kien imħawwad, ma jistax jifhem x’ġara bit-tqala ta’ Marija… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ Diċembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mħal 13, 2-7.24-25a
Salm: 70 (71), 3-4a.5-6ab.16-17

L-Evanġelju: Lq 1, 5-25

Fi żmien Erodi, sultan tal-Lhudija, kien hemm qassis jismu Żakkarija, mit-taqsima ta’ Abija; martu, li kien jisimha Eliżabetta, kienet minn ulied Aron. It-tnejn kienu nies ġusti quddiem Alla u jimxu bla nuqqas ta’ xejn skont il-preċetti u l-kmandamenti kollha tal-Mulej. Ulied ma kellhomx, għax Eliżabetta ma setax ikollha, u t-tnejn kienu mdaħħlin fiż-żmien… Kompli aqra »

Gordon Hewitt u l-ħaddiema tad-Dar tal-Providenza jingħataw il-Premju Dun Mikiel Azzopardi 2020

Din is-sena, il-Premju Dun Mikiel Azzopardi ngħata lil Gordon Hewitt, voluntier tad-Dar tal-Providenza, u anke lill-ħaddiema kollha tad-Dar tal-Providenza b’ħajr u rikonoxximent għall-ħidma ddedikata u straordinarja tagħhom matul dawn ix-xhur iebsin tal-pandemija Covid 19 biex iżommu lir-residenti u lill-kollegi tagħhom ħielsa minn dan il-virus.

Fl-1989 Gordon Hewitt kellu jirtira kmieni mix-xogħol biex jieħu ħsieb lil ommu li kienet marida serjament. Wara l-mewt tagħha, fl-1994 Gordon iżżewwġ lil Angie Aronica u fis-sena 2000 ġew joqogħdu f’Malta fir-raħal ta’ Ħaż-Żebbuġ… Kompli aqra »

Strateġija COVID-19: L-Isqfijiet Ewropej isostnu li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jikkonsultaw aktar mal-Knejjes u komunitajiet reliġjużi

On the occasion of the last 2020 meeting of the COMECE Standing Committee on Tuesday 15 December 2020, the Bishops also addressed the European Commission Strategy on “Staying safe from Covid-19 during winter”. While welcoming the efforts for a coordinated and sustainable EU approach against the current pandemic, COMECE urges the European institutions to consult with Churches and religious communities especially when considering recommendations that have an impact on religious matters… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 18 ta’ Diċembru, 9:30am