Arkivji mensili: Diċembru 2020

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mal 3, 1-4.23-24
Salm: 24 (25), 4bċ-5ab.8-9.10 & 14

L-Evanġelju: Lq 1, 57-66

F’dak iż-żmien, Eliżabetta għalqilha ż-żmien biex teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru, imma qabżet ommu u qalet: “Le, iżda Ġwanni jkun jismu”… Kompli aqra »

Is-CDF tal-Vatikan tgħid li l-użu tal-vaċċini kontra l-COVID-19 hu “moralment aċċettabbli”

“It is morally acceptable to receive Covid-19 vaccines that have used cell lines from aborted fetuses in their research and production process.”

Due to the situation of the ongoing pandemic, “all vaccinations recognized as clinically safe and effective can be used in good conscience with the certain knowledge that the use of such vaccines does not constitute formal cooperation with the abortion from which the cells used in production of the vaccines derive.”

The Vatican’s Congregation for the Doctrine of the Faith (CDF) made these statements in a note signed by the Prefect, Cardinal Luis Ladaria, and the Secretary, Archbishop Giacomo Morandi… Kompli aqra »

Iż-żewġ ommijiet li jitkellmu bl-istess lingwaġġ – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dawn il-ġranet qegħdin naqraw silta wara l-oħra mir-rakkont li jagħti San Luqa fuq it-twelid tal-Messija imma wkoll it-twelid ta’ Ġwanni l-Battista, il-prekursur. Kellna t-tħabbira lil Żakkarija u mbagħad it-tħabbira lil Marija. Illum għandna din l-għanja ta’ gratitudni u ta’ ferħ li Marija tkanta fid-dar ta’ Eliżabetta f’Għajn Karim.

Illum għandna wkoll ’l omm Samwel. Fl-ewwel qari smajnieha tirringrazzja ’l Alla, toffri t-tarbija li ngħatatilha wara li talbet ħafna lill-Mulej għaliex l-Mulej sema’ l-għajta tagħha u t-tifel għalhekk semmietu Samwel: Alla jisma’… Kompli aqra »

Tara tnejn imma huma erbgħa – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa għat-tfal fl-iskejjel bis-sehem ta’ studenti mill-iskola primarja tal-Furjana

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Iż-żjara ta’ Marija lil Eliżabetta hija ġrajja sabiħa li nsibu fl-Evanġelju skont San Luqa, u hija ġrajja wkoll speċjali, għaliex aħna minn barra naraw tnejn min-nies – Marija u Eliżabetta – imma fil-fatt hemm erbgħa. Hemm ukoll Ġwanni l-Battista u Ġesù. Għalhekk hi ġrajja speċjali, u għalhekk Eliżabetta tinfexx f’dik l-għajta li tgħid lil Marija, “Imbierek il-frott tal-ġuf tiegħek” – qed tgħid għal Ġesù; u għaliha nnifisha “it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ” – qed tgħid għal Ġwanni l-Battista… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 22 ta’ Diċembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 1, 24-28
Salm: 1 Sam 2, 1.4-5.6-7.8abċd

L-Evanġelju: Lq 1, 46-55

F’dak iż-żmien, qalet Marija: “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi, għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel isejjaħli hienja, għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Anġelus: Il-Milied 2020 ‘hu opportunità biex ngħinu lill-proxxmu mingħajr ilmenti’

Pope Francis led the prayer of the Angelus in St. Peter’s Square on the fourth and final Sunday of Advent.

Reflecting on the day’s Gospel of the Annunciation (Lk 1:26-38), the Pope said the invitation to become the Mother of the Messiah carried with it both pure joy and great trial.

According to the Gospel, Mary was betrothed to Joseph, and faced the death penalty if found to be pregnant… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 21 ta’ Diċembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għanja 2, 8-14
Salm: 32 (33), 2-3.11-12.20-21

L-Evanġelju: Lq 1, 39-45

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

Il-qawwa tal-‘iva’ ta’ Marija – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fir-Raba' Ħadd tal-Avvent

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-ġrajja tat-Tħabbira tal-Mulej, li għadna kif smajna fl-Evanġelju skont San Luqa, hija ġrajja għażiża għalina Ħal Balzan. Hija l-ġrajja li bħala komunità niċċelebraw b’mod speċjali f’din il-knisja ddedikata lil Marija Annunzjata. Hija ġrajja importanti għall-Knisja kollha universali.

Hija marbuta mill-qrib mal-Milied, mat-twelid ta’ Ġesù, għax hi ġrajja li turi t-tnissil ta’ Ġesù. Aħna nafu li meta ngħidu “l-Iben ta’ Alla sar bniedem” qed ngħiduh l-ewwel għat-tnissil tiegħu… Kompli aqra »