Yearly Archives: 2020

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Mejju

Is-Sibt tat-Tielet Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 9, 31-42
Salm: 115 (116), 12-13.14-15.16-17

L-Evanġelju: Ġw 6, 60-69

F’dak iż-żmien, ħafna dixxipli ta’ Ġesù, meta semgħuh jitkellem fuq il-ħobż tal-ħajja qalu: “Iebes dan il-kliem! Min jiflaħ jisimgħu?”. Ġesù ntebaħ waħdu li d-dixxipli tiegħu kienu qegħdin igergru fuq hekk, u qalilhom: “Dan il-kliem qiegħed ifixkilkom? Mela xi tgħidu kieku kellkom taraw lil Bin il-bniedem tiela’ fejn kien qabel? … Kompli aqra »

L-għerf ta’ Ġużeppi l-mastrudaxxa – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa ta' San Ġużepp Ħaddiem

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa?” Hekk qalu n-nies wara li semgħu lil Ġesù li ġie Nazaret, u semgħuh fis-sinagoga tagħhom. Kienu jafu li missieru mastrudaxxa, u allura skantaw bl-għerf li kellu.

Illum qed nagħmlu t-tifkira ta’ dan il-mastrudaxxa, ta’ Ġużeppi, li kien il-missier putattiv ta’ Ġesù u għex ħajja mill-aktar ordinarja: familja u xogħol. Kien jaf x’jiġifieri titħabat għax-xogħol, u d-diffikultajiet li jġib miegħu x-xogħol, u kien jaf ukoll is-sodisfazzjon tax-xogħol, hu li kien jaħdem fl-injam… Kompli aqra »

Quddiesa għaż-Żgħażagħ – 2 ta’ Mejju, 7pm

Ir-Raba' Ħadd tal-Għid u l-Jum Dinji ta' Talb għall-Vokazzjonijiet

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Qari u kant tal-Quddiesa

Ċelebrant: Fr Brendan Gatt
Animazzjoni: The New Victorians

♫ King of my Heart – Bethel ♫

Let the King of my heart
Be the mountain where I run
The fountain I drink from
Oh, He is my song
Let the King of my heart
Be the shadow where I hide
The ransom for my life
Oh, He is my song

‘Cause You are good
You are good, oh oh
You are good
You are good, oh oh
You are good
You are good, oh oh

You are good
You are good, oh oh
And let the King of my heart
Be the wind inside my sails
The anchor in the waves
Oh oh, He is my song
Let the King of my heart
Be the fire inside my veins
The echo of my days
Oh oh, He is my song

Qari I

Alla lil Ġesù għamlu Mulej u Kristu… Kompli aqra »

Xandiriet taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Scicluna f’Mejju 2020

Matul ix‑xahar ta’ Mejju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll kull nhar ta’ Ħadd. Minħabba r‑restrizzjonijiet kontra t‑tixrid tal‑COVID‑19 dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30am mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa tingħad it‑talba tar‑Ruzarju…
  • Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 1 ta’ Mejju, 9:30am

Festa ta' San Ġużepp Ħaddiem

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Mejju

San Ġużepp Ħaddiem
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 1, 26-2, 3
Salm: 89, 2-4. 12. 1. 16

L-Evanġelju: Mt 13, 54-56

F’dak iż-żmien: Ġesù ġie f’pajjiżu, u daħal jgħallem in-nies fis-sinagoga tagħhom; tant għaġġibhom li bdew jgħidu: “Mnejn kisbu dan il-għerf u dawn l-għeġubijiet? Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu mhijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? … Kompli aqra »

It-tagħlim ta’ Ġesù hu rilevanti biex narawh fil-proxxmu – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Papa San Piju V

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’din is-silta mill-kapitlu 6 ta’ San Ġwann, il-Mulej jinsisti fuq żewġ affarijiet importanti ħafna.

L-ewwel nett l-effett tal-preżenza u t-tagħlim tiegħu ma jiqfux fuq din l-art. Ħafna drabi aħna nidħlu fit-tentazzjoni li nirriduċu t-tagħlim ta’ Ġesù għal dimensjoni li tispiċċa u ssib il-milja tagħha fuq din l-art. It-tagħlim ta’ Ġesù huwa rilevanti ħafna biex ngħixu ħajja ta’ nies, biex naraw lilu fil-proxxmu u fuq dan se jiġġudikana… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 30 t’April, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ April

Il-Ħamis tat-Tielet Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 8, 26-40
Salm: 65 (66), 8-9. 16-17. 20

L-Evanġelju: Ġw 6, 44-51

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Hemm miktub fil-Profeti: “U kulħadd ikun mgħallem minn Alla”. Mela kull min jisma’ lill-Missier u jitgħallem minnu jiġi għandi… Kompli aqra »