Yearly Archives: 2020

Quddiesa għaż-Żgħażagħ – 25 t’April, 7pm

It-Tielet Ħadd tal-Għid

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Qari u kant tal-Quddiesa

Ċelebrant: Fr Brendan Gatt
Animazzjoni: The New Victorians

♫ Great Things – Phil Wickham ♫

Come let us worship our King
Come let us bow at His feet
He has done great things
See what our Saviour has done
See how His love overcomes
He has done great things
He has done great things

Oh, hero of Heaven, You conquered the grave
You free every captive and break every chain
Oh God, You have done great things

We dance in Your freedom, awakened to life
Oh Jesus, our Saviour, Your name lifted high
Oh God, You have done great things

You’ve been faithful through every storm
You’ll be faithful forevermore
You have done great things
And I know You will do it again
For Your promise is “Yes and amen”
You will do great things
God, You do great things

Oh, hero of Heaven, You conquered the grave
You free every captive and break every chain
Oh God, You have done great things

We dance in Your freedom, awakened to life
Oh Jesus, our Saviour, Your name lifted high
Oh God, You have done great things

Hallelujah God, above it all
Hallelujah God, unshakable
Hallelujah, You have done great things

Qari I

Ma setax ikun li Ġesù jinżamm fl-irbit tal-mewt… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 26 ta’ April

It-Tielet Ħadd tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 2, 14.22-33
Salm: 15 (16) 1-2a.5.7-8.9-10.11
It-Tieni Qari: 1 Piet 1, 17-21

L-Evanġelju: Lq 24, 13-35

Dakinhar stess fl-ewwel jum tal-ġimgħa, ġara li tnejn mid-dixxipli kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws, xi sittin stadju bogħod minn Ġerusalemm, jitħaddtu bejniethom fuq kull ma kien ġara. Huma u jitħaddtu u jitkixxfu bejniethom, Ġesù nnifsu resaq lejhom u baqa’ miexi magħhom… Kompli aqra »

Il-pandemija m’għandhiex tkun skuża biex tħalli bnedmin imutu fil-Baħar Mediterran – COMECE

COMECE titlob lill-UE u l-istati membri tagħha għal rispons komuni fil-konfront ta' migrazzjoni sfurzata

Fr Manuel Barrios Preto, COMECE Genereal Secretary

“The pandemic should not be an excuse to let human beings die in the Mediterranean Sea”, states COMECE General Secretary, Fr Manuel Barrios Prieto. Referring to the many migrants who were not promptly and safely disembarked at the closest EU port over the last days, COMECE calls for “a predictable solidarity mechanism agreed among EU member states” Kompli aqra »

Talba lil San Publiju

San Publiju,

Prinċep tal-gżira ta’ Malta u patrun tagħha,
agħtina il-grazzja li aħna nimitawk fil-qalb kbira u ġeneruża tiegħek,
li aħna niltaqgħu ma’ Ġesù fil-qawwa tiegħu li jfejjaq,
b’mod speċjali f’dawn iż-żminijiet meta aħna fil-periklu tal-mard kontaġġjuż u qerriedi.

Nitolbuk tinterċedi għalina biex ngħarfu nieħdu ħsieb xulxin,
inħobbu ’l xulxin u biex nagħrfu niftħu qalbna għal kulħadd,
hu min hu,
kemm dawk li jgħixu fostna,
kemm dawk li jinsabu fl-ibħra ta’ madwarna fil-periklu, jixxennqu u jitkarrbu għall-għajnuna tagħna… Kompli aqra »

Quddies tas-Sibt – 25 t’April

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof fid-9:30am

Segwi l-qari tal-Quddiesa tas-Sibt hawnhekk.

Quddiesa għaż-Żgħażagħ minn Fr Brendan Gatt fis-7pm

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-Ħadd hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ April

San Mark, Evanġelista – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Piet 5: 5b-14
Salm: 88 , 2-3.6-7.16-17

L-Evanġelju: Mk 16:15-20

F’dak iż-żmien: Ġesù wera ruħu lill-Ħdax, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat.

U dawn huma l-mirakli li jissieħbu ma’ dawk li jemmnu: f’Ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt, ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda, u dawn ifiqu”… Kompli aqra »

Alla jibdel il-ftit tagħna f’xi ħaġa ta’ ġid kbir – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa b'talb speċjali biex il-Mulej ikompli jagħti lil pajjiżna d-don tas-saħħa u tal-għerf lil dawk kollha li jmexxuna

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Dawn x’inhuma għal daqshekk nies?” Dan kien il-kliem li wieħed mid-dixxipli ta’ Ġesù, Indrì, qallu meta semmielu l-ħames ħobżiet u żewġ ħutiet li kellu t-tfajjel hemmhekk, biex jitma’ lil dawk l-eluf.

Ġesù ried li jagħtihom l-ikel, u ikel ma kienx hemm. Kien hemm biss dan it-tfajjel b’ħames ħobżiet u żewġ ħutiet. Nista’ nimmaġina l-ħarsa fuq wiċċ dan id-dixxiplu meta qallu b’dawn il-ħames ħobżiet u żewġ ħutiet biex jitma’ lil dawk l-eluf… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 24 t’April, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’April

Il-Ġimgħa tat-Tieni Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 5, 34-42
Salm: 26 (27), 1.4.13-14

L-Evanġelju: Ġw 6, 1-15

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn in-naħa l-oħra tal-baħar tal-Galilija, jew ta’ Tiberija. Ħafna nies marru warajh, għax raw is-sinjali li kien jagħmel bil-fejqan tal-morda. Ġesù tela’ lejn l-għoljiet u qagħad hemm bilqiegħda mad-dixxipli tiegħu. Kien qrib l-Għid, il-festa tal-Lhud.

Ġesù rafa’ għajnejh, lemaħ kotra ta’ nies ġejja lejh, u qal lil Filippu: “Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x’jieklu?”… Kompli aqra »