Yearly Archives: 2020

Is-Seba’ Waqfiet ma’ Ġesù f’Ħamis ix-Xirka

Mument ta’ talb u riflessjoni mill-Arċisqof Charles Scicluna

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

7 Waqfiet ma' Ġesù – Ħamis ix-Xirka 2020

7 Waqfiet ma' Ġesù f'Ħamis ix-Xirka 2020, 8:30 p.m. fuq TVM2, ONE u NET TV.

Posted by Archdiocese of Malta on Wednesday, April 8, 2020

L‑Arċisqof Charles Scicluna ser imexxi mument ta’ talb u riflessjoni mill‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina, bit‑tema ‘Seba’ Waqfiet ma’ Ġesù’. Dan ser jixxandar fuq l‑istazzjonijiet ewlenin tat‑televixin u fuq mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali oħra, għada, 9 ta’ April, Ħamis ix‑Xirka, fit‑8:30 p.m… Kompli aqra »

M’għandna qatt naqtgħu qalbna mill-ħniena ta’ Alla – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta għal dawk bi problemi fiż-żwieġ u dawk li ma jistgħux jaraw lil uliedhom

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Tletin biċċa tal-fidda kien il-flus li l-qassisin il-kbar taw lil Ġuda biex jistgħu jieħdu lil Ġesù. Tletin biċċa tal-fidda kien il-prezz li kien bih stmat skjav fl-Antik Testment. Daqshekk stmaw lil Ġesù l-qassisin il-kbar!

Kien inqas mill-prezz tal-fwieħa li Marija kienet użat biex dilket riġlejn Ġesù, u dakinhar Ġuda l-Iskarjota kien ilmenta u qal: kieku l-fwieħa nbigħet, il-flus setgħu ngħataw lill-foqra… Kompli aqra »

Papa fil-Udjenza Ġenerali: Waqt it-Tridu tal-Għid ‘ikkontempla s-Salib’

  Il-Vatikan

Pope Francis holds the weekly General Audience in the Vatican’s Apostolic Palace inviting the faithful to contemplate the Cross  (Vatican Media)

Pope Francis addresses the faithful during the General Audience with an invitation to live Holy Week and the Triduum as “one great domestic liturgy”, looking to the crucified Lord and meditating on the words of the Gospels.

Pope Francis spoke to the faithful from the Apostolic Library in the Vatican on Wednesday inviting them to find courage, strength and hope in God’s infinite love… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ April

L-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 50, 4-9a
Salm: 68 (69), 8-10.21bċd-22.31 u 33-34

L-Evanġelju: Mt 26, 14-25

F’dak iż-żmien, wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar għand il-qassisin il-kbar u qalilhom: “Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f’idejkom?”. U huma tawh tletin biċċa tal-fidda bħala ħlas. Minn dak il-ħin beda jfittex okkażjoni tajba biex jagħtihom lil Ġesù f’idejhom… Kompli aqra »

Alla jagħtina l-qawwa permezz tal-maħfra tiegħu – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għall-persuni li jinsabu fil-ħabs, fiċ-ċentri ta' detenzjoni u kull min jieħu ħsiebhom

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dan it-tieni jum tal-Ġimgħa Mqaddsa, it-Tlieta, l-Evanġelju ta’ San Ġwann jagħtina żewġ kwadri, żewġ kwadri tat-tradiment.

L-ewwel wieħed huwa tradiment tassew traġiku. Ġesù meta jaħseb fih jitħawwad: “Tassew, tassew ngħidilkom li wieħed minkom se jittradini!” (Ġw 13:21). Ġwanni, id-dixxiplu l-maħbub, jixtieq ikun jaf min hu t-traditur u Ġesù lid-dixxiplu l-maħbub jagħtih sinjal: “Dak li għalih se  nbill din il-loqma ħobż fil-platt u nagħtihielu” (Ġw 13:26)… Kompli aqra »

Live: Quddiesa mill‑Kurja tal-Arċisqof – 8 ta’ April 2020, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

Baqa’ jħobb minkejja t-tradiment u ċ-ċaħda – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta għall-persuni li jinsabu fil-ħabs, fiċ-ċentri ta' detenzjoni u kull min jieħu ħsiebhom

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Waħda mill-iżjed esperjenzi koroh u ta’ tbatija hija l-esperjenza ta’ tradiment – meta xi ħadd li inti taf, jittradik. U iktar hi ta’ tbatija u tweġġgħek meta ma jkunx biss xi ħadd li taf, jew xi kollega tiegħek, jew xi ħadd li ltqajt miegħu u qiegħed miegħu fuq xi biċċa xogħol, imma xi ħadd li jkun ħabib ta’ ġewwa.

Din hi l-esperjenza ta’ Ġesù li rajna llum: l-esperjenza tat-tradiment ta’ Ġuda l-Iskarjota u magħha hemm ukoll, fl-istess rakkont, it-tħabbira taċ-ċaħda ta’ Pietru… Kompli aqra »