Yearly Archives: 2020

Live: Poloz tal-Għażla tal-Form 1 Bniet u Subien, 8 t’April, 9:30am

L-Uffiċċju għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja se jtella’ l-polza tal-għażla ta-Form 1 bniet u subien. Tal-bniet tibda fid-9:30am. Tas-Subien fl-10:15am jew eżatt wara li tispiċċa tal-bniet.

Il-poloz se jixxandru live fuq www.knisja.mt minn ġo studio mingħajr il-preżenza tal-ġenituri u bl-inqas nies possibbli, minħabba r‑restrizzjonijiet kontra t‑tixrid tal‑coronavirus. Matul it-tlugħ tal-poloz ser ikun preżenti nutar. Il-filmati tal-poloz jibqgħu aċċessibbli online anki wara li tispiċċa x-xandira tagħhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ April

It-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 49, 1-6
Salm: 70 (71), 1-2.3-4a.5-6ab.15 u 17

L-Evanġelju: Ġw 13, 21-33.36-38

F’dak iż-żmien, waqt li kien fil-mejda mad-dixxipli tiegħu, Ġesù ħass ruħu jitħawwad, u stqarr bil-miftuħ: “Tassew tassew ngħidilkom li wieħed minnkom se jittradini”. Id-dixxipli qabdu jħarsu lejn xulxin, ma jafux għal min qal hekk.

Wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li Ġesù kien iħobb, kien maġenbu fuq il-mejda, b’rasu ma’ sider Ġesù… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill‑Kurja tal-Arċisqof – 7 t’April 2020, 5:30pm

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

Live: Quddiesa mill‑Kurja tal-Arċisqof – 7 ta’ April 2020, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

Min jiltaqa’ magħna jara fina l-opra qawwija tal-grazzja u tal-maħfra li jagħtina l-Mulej? – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għaż-żgħażagħ

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Bdejna jiem tassew għeżież li fihom fil-quddiesa l-Knisja ssemmgħalna l-profeziji ta’ Iżaija dwar il-qaddej tal-Mulej, il-qaddej li jsofri, li jġorr it-tbatijiet tal-poplu u għalhekk issir ġustizzja għall-ġnus. “Araw il-qaddej tiegħi li jiena nwieżen, il-maħtur tiegħi li fih qalbi strieħet” (Iż 42:1).

F’dan l-ewwel innu tal-qaddej ta’ Alla, il-Messija jiġi ppreżentat bħala Messija ta’ ħlewwa kbira: “ma jgħajjatx, ma jgħollix leħnu […], qasba mġelġla ma jiksirhiex, musbieħ inemnem ma jitfihx” (Iż 42:2-3)… Kompli aqra »

Espressjoni ta’ mħabba sħiħa – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta għaż-żgħażagħ

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Meta darba lil Ġesù staqsewh liema hu l-ikbar kmandament, kien qalilhom: “L-ewwel kmandament huwa… ħobb lill-Mulej Alla tiegħek b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu u bil-qawwa tiegħek kollha” (Mk 12:30).  Dan li rajna llum fl-Evanġelju – dak li għamlet Marija meta ġabet il-fwieħa u dilket riġlejn Ġesù u xxuttathomlu mbagħad b’xagħarha – kienet espressjoni ta’ din l-imħabba totali, imħabba sħiħa lejn Ġesù… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof lit-tfal fil-Ġimgħa Mqaddsa 2020

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Arċisqof Charles Scicluna jgħaddi messaġġ lit-tfal għal dal-ġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Ifakkar biex jiftakru fin-nanniet tagħhom u jċemplulhom, kif ukoll jaħdmu mid-dar, jgħinu fid-dar u kemm jista’ jkun jagħmlu paċi malajr meta jkollhom xi jgħidu mal-aħwa.

Mill-uffiċċju tiegħu fil-Kurja, l-Arċisqof jaqsam ukoll tliet affarijiet għeżież għalih li jfakkruh fi tfulitu biex jispjega l-importanza ta’ dawn il-ġranet u kemm hu importanti t-talb fil-familja. Kompli aqra »