Yearly Archives: 2020

Live: Quddiesa u Rużarju minn Ta’ Ġieżu f’Jum id-Duluri – 3 ta’ April 2020, 9:30am

  Il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), il-Belt Valletta

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

Dan iż-żmien hu opportunità biex nisimgħu iżjed lill-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għall-pazjenti tal-Covid-19 biex il-Mulej ikun tassew il-fejqan ta' ruħhom u ġisimhom

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-konfront ma’ Ġesù isir tassew qalil u ma jaħbix il-fatt li bil-mod il-mod kienet riesqa s-siegħa tiegħu.

L-Ewwel Qari li jitkellem dwar il-patt ta’ Alla ma’ Abraham jippreparana għal dak kollu li smajna fl-Evanġelju għaliex il-Lhud jippreżentaw ruħhom bħala wlied Abraham. Imma Ġesù stess jagħtihom x’jifhmu li, li jkunu wlied Abraham ifisser li mhux biss jagħrfu lil Alla, imma wkoll jaraw is-sinjal tal-preżenza tiegħu… Kompli aqra »

Covid-19: “Nibqgħu magħquda” – Mexxejja Nsara Ewropej iħeġġu għall-għaqda u s-solidarjetà

Stqarrija konġunta mill-Presidenti ta' COMECE u CEC

The COVID-19 pandemic and its dire consequences have hit Europe and the entire world
with full strength. Putting to the test every person, family, and community, the present crisis
has exposed the vulnerabilities and apparent certainties of our politics, economics and
societies.

Nevertheless, these trying times are also allowing us to re-discover our common humanity as brothers and sisters. We think of the many people who are sowing hope every day by exercising charity and solidarity… Kompli aqra »

Għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta għall-pazjenti tal-Covid-19 biex il-Mulej ikun tassew il-fejqan ta' ruħhom u ġisimhom

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Naqraw fl-Evanġelju ta’ San Ġwann li, darba minnhom, wara li Ġesù kien tkellem u wassal il-Kelma ta’ Alla, kien hemm numru sew min-nies li qalu: “Iebes dan il-kliem”. U wara li Ġesù kompla jispjega, l-Evanġelju jgħid: “Minn dakinhar ħafna min-nies telquh u ma baqgħux jimxu warajh”.

Fis-silta li smajna llum, dawn in-nies li qegħdin f’polemika ma’ Ġesù, u għal kull waħda li jgħid jgħidulu oħra, ma jitilqux, imma fl-aħħar tas-silta jgħid li qabdu l-ġebel biex iwaddbuhulu… Kompli aqra »

Messaġġ ta’ kuraġġ mill-Arċisqof lill-ħaddiema kollha tal-Isptar Mater Dei

Messaġġ mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ippermettuli nwassal messaġġ ta’ kuraġġ lil kull min qiegħed jaħdem fl-isptar Mater Dei f’dawn il-ġranet tassew partikolari. Insellem lill-amministrazzjoni tal-isptar, lit-tobba u l-konsulenti, lin-nurses u l-istaff mediku kollu tal-isptar u nsellem ukoll b’mod partikolari lill-pazjenti.

Huma mumenti fejn jitolbu minna mhux biss ġenerożità, imma sagrifiċċji lil hemm minn dak li qatt konna naħsbu; b’mod speċjali niftakar fikom u l-fatt li ħafna drabi jkollkom tiċċaħdu mill-familji tagħkom, u li qegħdin taħdmu f’sitwazzjonijiet mhux faċli ta’ tensjoni u anke ta’ periklu… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill‑Kurja tal-Arċisqof – 2 t’April 2020, 5:30pm

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali: qalb safja tara lil Alla

  Il-Vatikan

Pope Francis during his weekly General Audience  (Photo: Vatican Media)

Pope Francis focuses the catechesis of his General Audience on the sixth Beatitude, which promises that those with a pure heart will see God.

The sixth Beatitude promises that those with a pure heart will see God. Pope Francis began his catechesis explaining that anyone who seeks the face of God shows the desire for a “personal relationship” with Him… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 17, 3-9
Salm: 104 (105), 4-5.6-7.8-9

L-Evanġelju: Ġw 8, 51-59

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud: “Tassew tassew ngħidilkom li min iħares il-kelma tiegħi ma jara qatt il-mewt”. Qalulu l-Lhud: “Issa tassew nafu li għandek Xitan fik. Abraham miet, u l-profeti wkoll; u inti tgħid: “Jekk xi ħadd iħares kelmti ma jduq qatt il-mewt”. Jaqaw int akbar minn missierna Abraham li miet? … Kompli aqra »

Live: Quddiesa mill‑Kurja tal-Arċisqof – 2 ta’ April 2020, 9:30am