Yearly Archives: 2020

Dati ġodda għall-poloz għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja

Il-poloz kollha se jixxandru live

L-Uffiċċju għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja qed iħabbar dati ġodda għall-poloz tad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja. Dawn se jiġu mxandra live fuq www.knisja.mt minn ġo studio mingħajr il-preżenza tal-ġenituri u bl-inqas nies possibbli, minħabba r‑restrizzjonijiet kontra t‑tixrid tal‑coronavirus. Matul it-tlugħ tal-poloz ser ikun preżenti nutar.

L-ewwel poloz li se jsiru huma dawk ta’ parteċipazzjoni, tal-bniet u s-subien, għad-dħul fl-ewwel sena sekondarja. Dawn se jsiru nhar l-Erbgħa, 1 ta’ April 2020… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill‑Kurja tal-Arċisqof – 31 ta’ Marzu 2020, 5:30pm

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 21, 4-9
Salm: 101 (102, 2-3.16-18.19-21

L-Evanġelju: Ġw 8, 21-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Fariżej: “Jiena mmur, u intom għad tfittxuni, imma għad tmutu fid-dnub tagħkom. Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu”. Qalu l-Lhud: “Jaqaw se jneħħi ħajtu b’idejh dan? Għax qal: “Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu”.

Ġesù qalilhom: “Intom minn hawn isfel, u jiena ġej minn hemm fuq… Kompli aqra »

Live: Quddiesa mill‑Kurja tal-Arċisqof – 31 ta’ Marzu 2020, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

Xi dritt għandna nwaddbu l-ewwel ġebla? – L-Arċisqof

Quddiesa speċjali għal dawk li qed isibuha diffiċli f’dawn il-ġranet: diffiċli jibqgħu ġewwa, diffiċli għax waħedhom u diffiċli għax morda

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-Ewwel Qari rajna l-Mulej isalva l-innoċenza ta’ Susanna permezz ta’ dan iż-żgħażugħ Danjel li waqaf lil dawn iż-żewġ imħallfin krudili, li għaliex Susanna ma ċeditx għall-istedina tagħhom għad-dnub, riedu jakkużawha inġustament b’adulterju.

Fl-Evanġelju Ġesù ma jiddefendix mara innoċenti; hija mara li nqabdet fid-dnub. Il-kundanna miktuba fil-Liġi hija ċara: għandha titħaġġar. Hekk jgħidulu: “Issa fil-liġi tagħna Mosè ordnalna biex nisa bħal dawn inħaġġruhom… Kompli aqra »

Alla jagħtina l-ħelsien u d-dinjità – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa speċjali għall-persuni li jinsabu weħidhom u dawk morda

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Ġesù fil-ħajja tiegħu, diversi drabi, kellu nies li jippruvaw jonsbuh. Jistaqsuh mistoqsija mhux għax veru jixtiequ risposta għaliha imma biex iġibuh dahru mal-ħajt. Il-każ tal-lum huwa wieħed minn dawn, imma hu agħar għax ma kinetx biss mistoqsija biex jaraw kif se jwieġeb imma ġabulu quddiemu persuna li nqabdet fil-fatt fl-adulterju u qed isaqsuh iħaġġruhiex jew le, kif kellhom jagħmlu skont il-liġi ta’ Mosè… Kompli aqra »

ŻAK House ssir dar għal sitt ħaddiema tal-isptar

  ŻAK House, Birkirkara

L-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM) laqgħet fiż-ŻAK House f’Birkirkara (post attrezzat għall-gruppi ta’ żgħażagħ biex jorganizzaw live-ins u skambji), sitt ħaddiema tal-isptar, mingħajr ħlas, sabiex ikunu jistgħu jipproteġu l-familji u qraba tagħhom li jgħixu fi djarhom matul din is-sitwazzjoni diffiċli.

Għal żewġ radjografi, żewġ fiżjoterapisti, infermiera u tabib, bħalissa ż-ŻAK House saret ir-residenza permanenti tagħhom. Ma kinitx deċiżjoni faċli għalihom li jitilqu u jħallu lill-familji tagħhom warajhom, b’xi wħud anke jħallu tfal żgħar warajhom mingħajr ma jafu meta ser jerġgħu jgħannquhom.  Iżda ma kellhomx għażla oħra… Kompli aqra »