Yearly Archives: 2020

Live: Quddiesa u Rużarju mill‑Kurja tal-Arċisqof – 27 ta’ Marzu 2020, 5:30pm

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

Live: Quddiesa mill‑Kurja tal-Arċisqof – 27 ta’ Marzu 2020, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 2, 1a.12-22
Salm: 33 (34), 17-18.19-20.21 u 23

L-Evanġelju: Ġw 7, 1-2.10.25-30

F’dak iż-żmien, Ġesù baqa’ jdur fil-Galilija, għax ma riedx joqgħod idur fil-Lhudija billi l-Lhud kienu qegħdin ifittxu li joqtluh. Kienet qorbot għal-Lhud il-festa tal-Għerejjex. Wara li ħutu telgħu għall-festa tela’ hu wkoll, mhux bid-dieher, imma bil-moħbi. Xi wħud min-nies ta’ Ġerusalemm qalu: “Dan mhuwiex dak li qegħdin ifittxuh biex joqtluh? … Kompli aqra »

Tkun ħaġa sabiħa li f’mumenti ta’ diffikultà aħna l-Insara nkunu musbieħ jixgħel u jiddi – L-Arċisqof

Quddiesa speċjali ddedikata għall-valur tal-ħajja u d-dinjità ta’ kull persuna

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dawn l-aħħar ġranet tar-Randan, l-Evanġelju jibda jippreparana għall-kunflitt kbir bejn Ġesù u dawk li kienu jaħsbu li fehmu kollox u li jafu kollox, li ma setgħux jilqgħuh: mastrudaxxa minn Nazaret li jgħid li huwa l-Iben ta’ Alla.

Ġesù jinsisti li għandhom iċ-ċavetta biex ikunu jistgħu jagħrfuh u jifhmuh: il-Liġi, il-profeti, Mosè stess, imma xorta jibqgħu jwebbsu rashom. 

Ejjew nitolbu f’dan il-mument partikulari biex aħna nagħrfu fejn qegħdin inwebbsu rasna u qalbna… Kompli aqra »

Ħa jkollna l-Kelma ta’ Alla fina, l-imħabba tiegħu f’qalbna – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa speċjali ddedikata għall-valur tal-ħajja u d-dinjità ta’ kull persuna

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Hemm żewġ sentenzi f’dan il-kliem ta’ Ġesù li huma iebsa ħafna, hu u jitkellem ma’ dawn in-nies. Jgħidilhom: Il-Kelma ta’ Alla ma tinsabx fikom; u jgħidilhom ukoll: l-imħabba ta’ Alla ma tinsabx fikom. Jgħidilhom hekk Ġesù għax kien qed jitkellem ma’ nies li ma ridux jemmnu fih u jaċċettawh. Kienu qishom dawk in-nies li smajna fuqhom fl-Ewwel Qari meta Alla jgħid fuq il-poplu: dan hu poplu ta’ ras iebsa… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill‑Kurja tal-Arċisqof – 26 ta’ Marzu 2020, 5:30pm

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

Il-pandemija tal-coronavirus: sejħa għal solidarjetà ma’ dawk li huma l-aktar vulnerabbli

Stqarrija minn bosta entitajiet tal-Knisja

F’dan iż‑żmien ta’ kriżi, imqabbel minn ħafna ma’ żmien ta’ gwerra, żmien fejn il‑pajjiż qed iwaqqaf kull tip ta’ operat sabiex jipprepara għall‑ġranet li ġejjijn, insejħu lill‑awtoritajiet sabiex jieħdu aktar miżuri konkreti ħalli jassiguraw li dawk in‑nies li qed jgħixu fil‑faqar ma jispiċċawx mingħajr il‑ħtiġijiet bażiċi għal ħajja dinjituża.

Ninsabu ferm imħassba dwar l‑impatt li l‑imxija tal‑coronavirus ser tħalli fuq dawk li huma l‑aktar vulnerabbli fis‑soċjetà tagħna.  Minkejja li l‑mard ma jiddiskriminax bejn in‑nies fuq bażi finanzjarja, soċjali, ta’ saħħa jew status ta’ immigrazzjoni, m’hemm l‑ebda dubju li l‑effetti ekonomiċi ta’ din l‑epidemija ser jagħmlu dan, u l‑iktar affettwati ser ikunu l‑foqra u dawk l‑aktar emarġinati… Kompli aqra »

Live: Quddiesa mill‑Kurja tal-Arċisqof – 26 ta’ Marzu 2020, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Quddies mill-Kurja – 26/03/2020

Posted by Archdiocese of Malta on Thursday, March 26, 2020 Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 32, 7-14
Salm: 105 (106), 19-20.21-22.23

L-Evanġelju: Ġw 5, 31-47

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud: “Kieku jien kelli nagħti xhieda fuqi nnifsi, ix-xhieda tiegħi ma kinitx tkun minnha. Hemm ħaddieħor li jagħti xhieda fuqi, u jiena naf li x-xhieda li jagħti fuqi hu hi minnha.

Intom bgħattu tistaqsu lil Ġwanni, u hu ta xhieda għall-verità… Kompli aqra »