Yearly Archives: 2020

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 14, 2-10
Salm: 80 (81), 6ċ-8a.8bċ-9.10-11ab.14 u 17

L-Evanġelju: Mk 12, 28b-34

F’dak iż-żmien, wieħed mill-kittieba resaq fuq Ġesù u staqsieh: “Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?”. Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa dan: “Isma’ Iżrael! Il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha”… Kompli aqra »

San Ġużepp – il-magħżul li jħares il-ħajja u l-missjoni ta’ Ġesù – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Festa ta' San Ġużepp

  L-Oratorju ta' San Ġużepp, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Fil-festa ta’ San Ġużepp ta’ din is-sena qegħdin niċċelebraw l-Ewkaristija f’ċirkustanzi speċjali li wassluna f’riġlejn din l-istatwa għażiża f’dan l-Oratorju għażiż li għal sekli huwa ddedikat lill-patrijarka San Ġużepp.

Din is-sena hija sena li nistgħu nsejħulha wkoll Ġużeppina għaliex fit-8 ta’ Diċembru li ġej, ’k Alla jrid, niċċelebraw il-150 sena minn meta l-Beatu Papa Piju IX iddikjara lil San Ġużepp patrun tal-Knisja universali… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ Marzu 2020, 5:30pm

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

Live: Quddiesa – 19 ta’ Marzu 2020, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Marzu

San Ġużepp, l-Għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 7, 4-5a.12-14a.16
Salm: 88, 2-5.27.29
It-Tieni Qari: Rum 4, 13.16-18.22

L-Evanġelju: Mt 1, 16.18-21.24a

Ġakobb nissel ’il Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejħulu Kristu. It-tnissil ta’ Ġesù Kristu sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, ħarġet tqila bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu… Kompli aqra »

Is-sagrifiċċju li qed jintalab minna bħalissa għandu jkun espressjoni tal-imħabba għal xulxin – L-Arċisqof

Quddiesa speċjali u rużarju trasmessi live

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Ġesù jinsisti li ġie biex iwassal dak kollu li l-Mulej kien għallem lill-poplu tiegħu permezz tal-liġi u l-profeti għall-milja tiegħu.

Fil-kitba tal-Appostlu Missierna San Pawl insibu din l-espressjoni sabiħa: “L-imħabba hija l-milja tal-Liġi u tal-Profeti” U nistgħu ngħidu li l-Appostlu Missierna qiegħed jirrifletti fuq dak li jgħidilna Ġesù stess llum fl-Evanġelju skont San Mattew (Mt5:17-19). Hu ġie jwassal il-liġi u l-profeti għall-milja tagħhom, għall-milja tal-imħabba… Kompli aqra »

Il-kmandamenti ta’ Alla jgħinuna ngħixu tassew ta’ nies – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa speċjali għall-familji li jinsabu fi djarhom

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Poplu għaref u għaqli huwa dak li jimxi skont il-Kelma ta’ Alla u l-kmandamenti tiegħu. Dan hu l-messaġġ li joħroġ b’mod ċar mill-Ktieb tad-Dewteronomju fl-ewwel qari, fejn hemm din l-enfasi fuq li wieħed ikun għaref u għaqli biex jimxi skont il-kmandamenti ta’ Alla.

Il-kmandamenti Alla tahom lill-bniedem biex jgħinu jgħix ta’ nies: biex jgħix hu tajjeb, ta’ madwaru u s-soċjetà kollha… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali: Il-maħfra li nagħtu u nirċievu huma żewġ affarijiet li ma tistax tifridhom

  Il-Vatikan

Pope Francis during his General Audience  (AFP or licensors)

During his General Audience on Wednesday, Pope Francis re-calls “Mercy” as the first theme he chose to discuss as Pope, adding that as the new Bishop of Rome, he felt its message had to be transmitted.

The fifth beatitude, began Pope Francis, is different than the others: it is the only one “in which the cause and effect of happiness coincide”… Kompli aqra »