Yearly Archives: 2020

22 ta’ Marzu: Jum is-Solidarjetà Dinjija u t-Talb

L-Insara f'Malta huma mistednin jingħaqdu f'dan il-mument ta' talb

Women religious across the globe call for a Day of Worldwide Solidarity and Prayer on Sunday, 22 March, to express closeness to those suffering from the coronavirus pandemic.

“Now is the time for each one of us to respond to the worldwide coronavirus crisis by being in solidarity with others, especially with those who are most vulnerable and most at risk.”

A statement signed by Sr… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill‑Kurja tal-Arċisqof – 18 ta’ Marzu 2020, 5:30pm

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

Live: Quddiesa mill‑Kurja tal-Arċisqof – 18 ta’ Marzu 2020, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 4, 1.5-9
Salm: 147, 12-13.15-16.19-20

L-Evanġelju: Mt 5, 17-19

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox… Kompli aqra »

Ma naqtgħux qalbna mill-ħniena ta’ Alla – L-Arċisqof

Quddiesa speċjali u rużarju trasmessi live

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

F’din il-mixja speċjali tar-Randan f’din is-sena, il-Mulej qed jgħallimna li, aħna min aħna, għandna bżonn il-ħniena u l-għajnuna tiegħu.

Aħna min aħna, ilkoll esposti għal periklu kbir. Huwa l-mument fejn aħna ninsew dak li jifridna u hu opportunità sabiħa biex naħfru mill-qalb lil xulxin. Il-Mulej ħerqan li jaħfrilna u jaħfrilna dejjem. Kif isibna disposti, lesti li nilqgħu l-maħfra tiegħu, lest jagħtihielna… Kompli aqra »

Direttivi tal-Isqfijiet dwar il-funerali – 16/03/20

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jirreferi għad-direttivi tat-12 ta’ Marzu li għadda u jfakkar li minħabba ċ-ċirkustanzi preżenti f’pajjiżna, il-funerali għandhom isiru b’dan il-mod:

Is-saċerdot jakkumpanja lill-mejjet/mejta mill-kamra mortwarja saċ-ċimiterju, fejn issir it-talba u t-tislima tal-aħħar li s-soltu ssir fil-knisja (Ħuti għeżież, ta’ Nsara li aħna nagħmlu dmirna…) u t-talba li s-soltu ssir fiċ-ċimiterju.

Filwaqt li kollox għandu jsir b’dinjità u b’sensibilità kbira, wieħed m’għandux itawwal iżżejjed… Kompli aqra »

Naħfru minn qalbna – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa speċjali għall-familji ta' dawk li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Meta Ġesù jsemmi n-numru 77, għall-mistoqsija ta’ Pietru xi kemm-il darba jrid jonqsu ħuh biex jaħfirlu, ma kienx qed isemmi dan in-numru bħala limitu – Pietru semma’ sebgħa u hu 77. Imma l-kelma 77 tfisser li għandek taħfer mingħajr limitu, li għandek taħfer dejjem.

Pietru fehem dan. Kien sema’ lil Ġesù jitkellem fuq il-maħfra u kemm il-maħfra hi importanti għal min ikun dixxiplu ta’ Ġesù… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill‑Kurja tal-Arċisqof – 17 ta’ Marzu 2020, 5:30pm