Il-Papa waqt l-Udjenza: L-imħabba hija l-għerq mistiku fil-ħajja tal-persuni li jemmnu
26/11/2020Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!
L-ewwel passi tal-Knisja fid-dinja seħħu fit-talb. Il-kitbiet appostoliċi u r-rakkonti kbar tal-Atti tal-Appostli jgħaddulna x-xbieha ta’ Knisja li timxi, Knisja ħabrieka, li imma ssib fil-laqgħat tat-talb il-bażi u l-enerġija għall-azzjoni missjunarja. Ix-xbieha tal-Komunità ewlenija ta’ Ġerusalemm hija punt ta’ riferiment għal kull esperjenza Nisranija oħra. Jikteb Luqa fil-Ktieb tal-Atti: “U kienu jżommu sħiħ fit-tagħlim tal-Appostli u fl-għaqda ta’ bejniethom, fil-qsim tal-ħobż u fit-talb” (2:42)… Kompli aqra »