Nipproteġu lil dawk l-aktar dgħajfa u vulnerabbli – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa fil-festa tal-Qaddisin Innoċenti Martri
28/12/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Hu ta’ qsim il-qalb li ftit wara li niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesù, kif ukoll il-Festa tal-Familja Mqaddsa, niltaqgħu ma’ dan ir-rakkont tal-ġrajja meta lil Ġesù, Marija u Ġużeppi kellhom iħarrbuh lejn l-Eġittu bħala refuġjat għaliex Erodi kien qed ifittex li joqtlu. Biex żgur jipprova joqtlu, għamel dak il-massakru ta’ tfal subien kollha minn sentejn ’l isfel. Il-ħsieb tiegħu kien li xi wieħed minnhom ikun Ġesù, imma fallielu għax Ġesù ma kienx hemmhekk; kienu ħarrbuh minn hemm… Kompli aqra »