Yearly Archives: 2020

Quddiesa u Rużarju – 17 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 3, 1-6.14-22
Salm: 14 (15), 2-3ab.3ċd-4ab.5

L-Evanġelju: Lq 19, 1-10

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triq. Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani. Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba l-folla, billi kien raġel qasir. Għalhekk mar jiġri ’l quddiem u xxabbat ma’ siġra tat-tin selvaġġ, għax minn dik in-naħa kien se jgħaddi… Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni Djoċesana fil-festa ta’ Kristu Re

Nhar il‑Ħadd li ġej, 22 ta’ Novembru 2020, il‑Knisja Kattolika ser tiċċelebra l‑festa liturġika ta’ Kristu Re. L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna flimkien mal‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi qed jistiednu rappreżentanza żgħira minn kull parroċċa biex jingħaqdu magħhom għaċ‑ċelebrazzjoni djoċesana.

Din tibda fil‑5:00 p.m. u se ssir fil‑Bażilika Minuri ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, fejn ser tingħad it‑talba ta’ filgħaxija (l‑għasar). Dakinhar, l‑Arċisqof iwassal il‑messaġġ tiegħu f’din il‑festa importanti għall‑Insara u wara jagħti l‑barka sagramentali… Kompli aqra »

Mulej, agħtina d-dawl – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa b'tifkira ta' Santa Margerita tal-Iskozja u lil Santa Ġertrude

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

L-istorja tal-għama li kien bilqiegħda mal-ġenb tat-triq ftit ’il bogħod minn Ġeriko hi storja sabiħa ħafna li nsibu fl-Evanġelju skont San Luqa u hi ta’ għajnuna għal ħajjitna. Nixtieq li nħarsu lejn l-għama, lejn il-folla tan-nies, u lejn Ġesù, u naraw x’jgħallmuna għal ħajjitna.

Ħa nħarsu lejn dan il-bniedem għama li kien qiegħed bilqiegħda jittallab il-karità. Dan kien bniedem li kellu kuraġġ… Kompli aqra »

Talenti li juru l-fiduċja ta’ Alla fina – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-33 Ħadd taż-Żmien ta' Matul is-Sena u l-Jum Dinji tal-Foqra

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Alla għandu fiduċja fina, f’kull wieħed u waħda minna. Dan hu messaġġ importanti li jwassal Ġesù llum bil-parabbola, li tagħmlilna stedina biex aħna lkoll niskopru t-talenti li Alla qiegħed fina. Niskopruhom u nħaddmuhom skont il-missjoni li Alla tana. Għalhekk Ġesù jsemmi fil-parabbola dawn it-tliet qaddejja li s-sid tahom talenti, b’mod differenti, kulħadd skont il-ħila tiegħu: lil wieħed tah ħamsa, lill-ieħor tnejn, u lill-ieħor wieħed… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Anġelus: Nużaw it-talenti tagħna fit-tajjeb

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

F’dal-Ħadd ta’ qabel tal-aħħar tas-sena liturġika, l-Evanġelju jippreżentalna l-parabbola ċelebri tat-talenti (cfr Mt 25,14-30).  Hi parti mid-diskors ta’ Ġesù dwar l-aħħar żminjiet, diskors li jseħħ immedjatament qabel il-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu.  Il-parabbola tirrakkonta li wieħed sinjur kien se jsiefer u peress li kien jaf li se jkun nieqes għat-tul jafda ġidu lil tlett qaddejja tiegħu: lill-ewwel wieħed itih ħames talenti, lit-tieni, tnejn u lit-tielet, wieħed.  Ġesu jagħmilha ċara li t-tqassim isir “skont il-ħila ta’ kull wieħed” (v… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 16 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 1, 1-4; 2, 1-5a
Salm: 1, 1-2.3.4 u 6

L-Evanġelju: Lq 18, 35-43

Waqt li Ġesù kien riesaq lejn Ġeriko, kien hemm wieħed agħma bilqiegħda mal-ġenb tat-triq jittallab il-karità. Dan sama’ l-kotra tan-nies għaddejja u beda jistaqsi x’ġara. U qalulu li kien għaddej Ġesù ta’ Nazaret. Hu qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, Bin David, ikollok ħniena minni!”… Kompli aqra »

Il-qligħ ma jitkejjilx bil-flus imma b’dak li jwassalna għall-hena ta’ Alla – L-Arċisqof

Quddiesa fit-33 Ħadd taż-Żmien ta' Matul is-Sena u l-Jum Dinji tal-Foqra

  Il-kappella taċ-ċimiterju ta' Wied Għammieq, il-Kalkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Mulej jgħallimna kif se jkun il-ġudizzju f’din il-parabbola. Fil-fatt hemm żewġ qaddejja li s-sid tagħhom fdahom b’ġidu u ħaddmuh u kattruh u l-kelma li jirċievu hi: “Idħol fil-hena ta’ sidek” (Mt 25:21).

Hi kelma li lkoll kemm aħna nixtiequ bil-qawwa kollha li nisimgħu fil-punt tal-mewt tagħna. “Qaddej fidil u għaqli, idħol fil-hena ta’ sidek” . U hi wkoll espressjoni sabiħa li turina l-ġenna x’inhi… Kompli aqra »

“Midd idek għall-fqir”

Messaġġ tal-Papa Franġisku fil-Jum Dinji tal-Foqra

“Midd idek għall-fqir” (ara Sir 7:32). L-għerf tal-qedem qiegħed dawn il-kelmiet bħal liġi qaddisa li wieħed għandu jimxi fuqha tul ħajtu. Dan jidwi llum bil-qawwa kollha tat-tifsira tiegħu biex jgħin lilna wkoll niffissaw ħarsitna fuq l-essenzjal u negħlbu l-ħitan tal-indifferenza. Il-faqar dejjem jilbes uċuħ differenti, li jitolbu attenzjoni għal kull qagħda partikulari: f’kull waħda minn dawn nistgħu niltaqgħu mal-Mulej Ġesù, li wriena li hu preżenti fl-aħwa l-aktar dgħajfa (ara Mt 25:40)… Kompli aqra »