Nippromwovu ċ-Ċertifikat fil-Ħarsien tat-Tfal u ż-Żgħażagħ offrut mill-Università
Ir-rapport annwali tas-Safeguarding Commission
12/11/2020Fuq rakkomandazzjoni tas‑Safeguarding Commission, il‑Knisja imponiet restrizzjoni fuq erba’ persuni fl‑2018, u restrizzjoni fuq persuna oħra fl‑2019. Dawn il‑każijiet, fejn l‑allegazzjoni ta’ abbuż sesswali ġiet sostanzjata, kienu jinvolvu saċerdoti djoċesani, saċerdoti reliġjużi u lajċi. Kien hemm tliet restrizzjonijiet oħra dwar abbuż fiżiku u emozzjonali, u ta’ prattika ħażina (poor practice). Andrew Azzopardi, il‑Kap tas‑Safeguarding Commission, spjega li dawn il‑każijiet kollha ġew referuti lill‑awtoritajiet ċivili.
Waqt li kien qed jippreżenta r‑rapport annwali, Andrew Azzopardi spjega li l‑Knisja hi proattiva billi tirrapporta l‑każijiet lill‑pulizija jew lis‑servizzi soċjali sabiex tiżgura li l‑allegazzjonijiet ta’ abbuż jiġu investigati wkoll mill‑awtorità ċivili kompetenti… Kompli aqra »