Yearly Archives: 2020

Live: Quddiesa fil-festa tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Mqaddsa Marija – 15 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Awwissu

L-Imqaddsa Marija Mtellgħa s-Sema – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 11, 19a, 12: 1-6a. 10ab
Salm: 44, 10bċ.11-12ab.16
It-Tieni Qari: 1 Kor 15, 20-26

L-Evanġelju: Lq 1, 39-56

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn il-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet ’il Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fi ħdanha, u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

Martri tal-imħabba – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa b'tifkira ta' San Massimiljanu Marija Kolbe

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Massimiljanu Maria Kolbe, saċerdot mill-Polonja, Franġiskan Konventwali, miet bħal-lum 79 sena ilu, fil-kamp ta’ konċentrament tan-Nażi f’Auschwitz. Baqa’ magħruf speċjalment għax offra li jmut hu minflok wieħed mill-priġunieri.

L-istorja tal-mewt tiegħu hi tassew kommoventi. Kien hemm wieħed mill-priġunieri li ħarab mill-blokk fejn kien hu, u kien hemm liġi kiefra fil-kamp tal-konċentrament li jekk jaħrab wieħed, joqtlu għaxra. Għalhekk ġabru dawn l-għaxra min-nies… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 14 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 16, 1-15.60.63
Salm: Iż 12, 2-3.4bċd.5-6

L-Evanġelju: Mt 19, 3-12

F’dak iż-żmien, resqu fuq Ġesù xi Fariżej biex iġarrbuh, u qalulu: “Jista’ wieħed jitlaq lil martu fuq xi ħaġa, tkun xi tkun?”. Iżda hu qalilhom: “Ma qrajtux li sa mill-bidu l-Ħallieq għamilhom raġel u mara, u qal: “Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u ’l ommu u jingħaqad ma’ martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed”? … Kompli aqra »

Il-ġid tal-umiltà u l-maħfra – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Ponzjanu u San Ippolitu

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jinsisti diversi drabi fuq il-maħfra ta’ bejnietna u jagħmilha kważi kundizzjoni biex nidħlu fis-saltna. Il-parabbola li smajna tikkonkludi b’din it-tagħlima importanti ta’ Ġesù: “Hekk jagħmel lilkom Missieri li hu fis-smewwiet jekk ma taħfrux lil xulxin minn qalbkom” (Mt 18:35). Minn qalbkom, mhux taparsi, minn qalbkom!

Aħna nafu kemm hu diffiċli taħfer, forsi iżjed diffiċli tinsa milli taħfer… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 12, 1-12
Salm: 77 (78), 56-57.58-59.61-62

L-Evanġelju: Mt 18, 21 – 19, 1

F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?”. U Ġesù wieġbu: “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet, imma sa sebgħa u sebgħin darba. Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Udjenza: Nagħrfu d-dinjità umana ta’ kull persuna

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-pandemija wrietna kemm aħna vulnerabbli u fl-istess ħin marbutin ma’ xulxin. Jekk ma niħdux ħsieb ta’ xulxin, ibda minn dawk l-iktar fil-bżonn, minn dawk li huma milquta l-aktar, inkluż il-ħolqien, ma nistgħux infejqu d-dinja.

Ta’ min ifaħħru l-impenn ta’ tant persuni li f’dawn ix-xhur qed jagħtu prova tal-imħabba umana u Nisranija lejn il-proxxmu, billi jiddedikaw ruħhom għall-morda anki b’riskju għal ħajjithom stess… Kompli aqra »

Il-bank APS iniedi skema ġdida ta’ self għall-iskejjel tal-Knisja

APS Bank, in conjunction with the Foundation for Church Schools, has launched a new product targeted at supporting schools falling within the scope of the Foundation. It consists of a financing package to assist with refurbishments or upgrades of facilities, such as gyms, technology and science laboratories, libraries, canteens, classrooms, and playgrounds. The ‘APS Church School Loan’ offers multiple competitive features including an improved interest rate, repayment terms, and fees, available for the next five years… Kompli aqra »