Saċerdot skont il-qalb ta’ Alla – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa fit-tifrika ta' San Ġwann Maria Vianney, patrun tal-kappillani
04/08/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Mhux dak li jidħol mill-fomm itebba’ lill-bniedem, imma dak li joħroġ mill-fomm, dan hu li jtebba’ lill-bniedem!” Dan hu l-kliem li smajna lil Ġesù jgħid fl-Evanġelju llum, u nafu mill-esperjenza tal-ħajja kemm hu veru. Meta tisma’ kultant kliem ta’ insulti, mibegħda, tkasbir ta’ Alla jew tal-bniedem xbieha ta’ Alla, tinduna li jkun kliem li jtebba’ lil min jgħidu.
Illum qed niċċelebraw it-tifkira ta’ qaddis li hu eżatt il-kontra, li l-kliem tiegħu kien kliem li jagħmel il-ġid, kliem li jressaq il-bniedem lejn Alla, kliem li jagħmillu ġieh… Kompli aqra »