Ġenerożità mhux biss bejnietna imma ma’ kulħadd inkluż il-barranin anke f’dan il-mument ta’ sfida – L-Arċisqof
It-18-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
02/08/2020 Il-Kappella ta' Santa Marija Maddalena, Ħad-DingliL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
L-Evanġelju tal-lum jibda b’mument partikolari ħafna fil-ħajja ta’ Ġesù. Għalkemm l-Evanġelju stess ma jagħtiniex dettalji imma jibda b’dan il-kuntest verament partikolari. Ġesù jisma’ bl-aħbar tal-mewt ta’ Ġwanni l-Battista, dak li kien indikah bħala l-ħaruf ta’ Alla li jneħħi d-dnubiet tad-dinja, dak li kien preżenti fil-magħmudija tiegħu, dak li wrieh lid-dinja.
Anke f’kuntest ta’ vjolenza għaliex qatlulu ħabib kbir, il-Mulej jibqa’ jħobb, jibqa’ juri sentimenti ta’ ħniena, ta’ kompassjoni… Kompli aqra »