Yearly Archives: 2020

President ġdid għall-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann

Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann bi pjacir tħabbar il-ħatra tal-Monsinjur Professur Emmanuel Agius bħala l-President il-ġdid tagħha.

Mons. Prof. Agius kien Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta. Huwa kiseb il-Baċċellerat fis-Sagra Teoloġija (S.Th.B.) u mbagħad il-Liċenzjat fis-Sagra Teoloġija mill-Università ta’ Malta, u wara kompla l-istudju tiegħu fl-Università Kattolika ta’ Leuven, il-Belġju, fejn kiseb M.A. fil-Filosofija u d-Dottorat fit-Teoloġija Sagra (S.Th.D). Hu Professur fit-Teoloġija Morali u Etika Filosofika fl-Università ta’ Malta… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 31 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 26, 1-9
Salm: 68 (69), 5.8-10.14

L-Evanġelju: Mt 13, 54-58

F’dak iż-żmien, Ġesù mar lejn pajjiżu. Beda jgħallem lin-nies fis-sinagoga tagħhom, u huma baqgħu mistagħġba hekk li bdew jgħidu: “Mnejn ġieb dan l-għerf u din il-qawwa tal-għaġeb? Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu mhijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? … Kompli aqra »

Ċirkulari: Miżuri għall-ħarsien tal-ħajja u tas-saħħa

Ċirkulari lill-arċiprieti, kappillani, retturi ta’ knejjes u superjuri reliġjużi

Nixtiequ nirringrazzjaw ħafna lil dawk kollha li tul dawn ix-xhur li għaddew ħadmu bis-sħiħ biex iħarsu l-miżuri li l-Knisja adottat għall-ħarsien tal-ħajja u tas-saħħa tagħna u tal-oħrajn. Nenfasizzaw li aħna għandna r-responsabbiltà li nkomplu nħarsu bir-reqqa l-miżuri, li kienu ppubblikati fil-ġimgħat li għaddew u li għadhom fis-seħħ. Infakkru b’mod partikulari:

  • fid-distanza soċjali ta’ żewġ metri li għandha tinżamm fil-knejjes u f’postijiet oħra;
  • fl-użu regolari tas-sanitizers skont il-ħtieġa, u d-disinfettar tal-oġġetti b’mod regolari;
  • fl-importanza li n-nies jilbsu l-visors jew il-maskri waqt iċ-ċelebrazzjonijiet fil-knisja jew f’attivitajiet oħra;
  • fil-miżuri oħra rigward iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi, per eżempju fuq kif għandu jsir it-tqarbin…
  • Kompli aqra »

“Niġbdu ħabel wieħed” – L‑Arċisqof

Quddiesa ta' radd il-ħajr lil Alla għall-frontliners fil-qasam tas-saħħa

  Il-Bażilika Minuri ta' Kristu Re, Raħal Ġdid

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fid-dawl tal-Evanġelju li għadna kemm smajna (Lq 5:17-26) u li qara Fr Bertrand Vella, wieħed miċ-Chaplains ta’ Mater Dei, nixtieq noffri tliet riflessjonijiet.

Dan ir-rakkont insibuh fi tliet Evanġelji minn erba’ u għalhekk jurina kemm hu mument importanti fil-ħajja ta Ġesù. Kellhom ikunu żgħażagħ biex jitilgħu minn fuq il-bejt u jgħaddu wieħed minn sħabhom mifluġ mix-xorok! L-insistenza tagħhom wasslet lil seħibhom għall-fejqan… Kompli aqra »

Live: Quddiesa ta’ ringrazzjament għall-frontliners fil-qasam tas-saħħa – 30 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Bażilika Minuri ta' Kristu Re, Raħal Ġdid

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 18, 1-6
Salm: 145 (146), 2abċ.2d-4.5-6

L-Evanġelju: Mt 13, 47-53

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil xibka mitfugħa l-baħar li fiha jinġabar minn kollox. Meta timtela jtellgħuha x-xatt, u joqogħdu bilqiegħda, jiġbru fil-kannestri dak li jkun tajjeb u jarmu l-ħażin.

Hekk jiġri fi tmiem id-dinja: l-anġli joħorġu jifirdu l-ħżiena mill-ġusti, u jixħtuhom fil-ħuġġieġa tan-nar; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien… Kompli aqra »

Aktar ħajjiet maħsuda b’kapriċċ? – Kummissjoni Ambjent

Xprunata mill‑aħbar tal‑mewt traġika ta’ Miriam Pace, fit‑13 ta’ Marzu 2020, f’waħda mill-istqarrijiet tagħha, il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tenniet dak li kienet qalet fi stqarrijiet oħra qabel, jiġifieri, li kien “wasal iż‑żmien li l‑awtoritajiet juru biċ‑ċar fejn huma l‑prijoritajiet tagħhom u, b’kuraġġ, jieħdu d‑deċiżjonijiet diffiċli li messhom ilhom li ttieħdu. Minkejja li jistgħu jkunu skomdi għal xi wħud, dawn id‑deċiżjonijiet jagħmlu ġieħ lill‑maġġoranza assoluta tal‑popolazzjoni… Kompli aqra »

Il-Papa jikteb prefazju għal ktieb dwar it-tama waqt il-pandemija tal-Covid-19

Pope Francis leads the Special Urbi et Orbi blessing on 27 March 2020  (Vatican Media)

In a book preface released on Tuesday, Pope Francis reflected on the lessons Christians have learned from the Covid-19 pandemic.

“Communion and Hope” was prepared by Cardinal Walter Kasper and Father George Augustin, and contains theological reflections from various authors about “witnessing the faith in times of coronavirus”… Kompli aqra »

“Grazzi talli ġibtu lura l-ideal missjunarju fuq l-aġenda tal-Knisja f’Malta” – L‑Arċisqof

Quddiesa bl-inkardinazzjoni ta' żewġ saċerdoti mill-ICPE Mission

  Il-Kappella fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù

Homily by Archbishop Charles Jude Scicluna

“Follow me,” these were the first words Simon, Son of Jonah, heard on the Sea of Galilee when Jesus called him. He was with his brother Andrew. These are also the last words which Jesus addresses to Peter towards the end of the Gospel of John. There is another passage where Peter is curious about what is going to happen to John and Jesus snubs him and says: “It is not your business… Kompli aqra »