Yearly Archives: 2020

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mik 6, 1-4.6-8
Salm: 49 (50), 5-6.8-9.16bċ-17.21 u 23

L-Evanġelju: Mt 12, 38-42

F’dak iż-żmien, xi wħud mill-kittieba u l-Fariżej qabdu u qalu lil Ġesù: “Mgħallem, xtaqna kieku naraw sinjal mingħandek”. Iżda hu weġibhom: “Sinjal iridu nisel ħażin u infidil! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief dak tal-profeta Ġona. Għax kif Ġona għamel tlitt ijiem u tlitt iljieli f’żaqq il-ħuta, hekk ukoll Bin il-bniedem għad jagħmel tlitt ijiem u tlitt iljieli fil-qalba tal-art… Kompli aqra »

Erħulhom jikbru t-tnejn flimkien sal-ħsad – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa tas-16-il Ħadd tas-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Fi skola kien hemm għalliem li kien qed jitkellem mat-tfal u jipprova jfehimhom, fil-klassi tar-Reliġjon, kif aħna lkoll imsejħin għall-qdusija. Għamlilhom din il-mistoqsija: “X’inhu l-aħjar, għaxra min-nies Insara ta’ veru, li jgħixu l-fidi tagħhom, jew mija li jkunu Nsara tal-isem, jgħidu li huma Nsara imma jagħmlu li jfettlilhom?” It-tfal ma sabuhiex diffiċli jweġbuh: “Aħjar ikollok għaxar Insara ta’ veru!” Imbagħad għamel mistoqsija oħra: “Allura ma jkunx aħjar li kieku fil-Knisja nneħħu lil dawk li mhumiex Insara ta’ veru, dawk li jgħidu li huma Nsara imma jagħmlu l-kontra ta’ dak li nemmnu, ma jkunx aħjar jekk neliminaw lil dawn u jibqgħu biss l-oħrajn, il-ftit?” It-tfal bdew qishom jaqblu miegħu, ħassew li aħjar ikollok Knisja ideali… Kompli aqra »

“Meta tieħu paċenzja tgħix ta’ nies” – L-Arċisqof

Quddiesa fis-16-il Ħadd Matul is-Sena

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Fidwa, Selmun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju minn San Mattew li għadna kemm smajna huwa pjuttost twil. Ġesù juża tliet tixbiehat: l-ewwel il-parabbaola tal-qamħ u s-sikrana, it-tieni dik taż-żerriegħa tal-mustarda u t-tielet waħda hi dik tal-ħmira.

Permezz ta’ dawn it-tixbiehat il-Mulej qiegħed jispjegalna x’inhi s-saltna tas-smewwiet. Ma ninsewx li meta nitolbu t-talba li għallimna Ġesù, bħalma nagħmlu f’kull quddiesa, nitolbuh dejjem “tiġi saltnatek”. Allura tajjeb li nifhmu x’qed jipprova jgħidilna Ġesù meta jispjegalna x’inhi din is-saltna… Kompli aqra »

Diskors etiku sostnut għandu jakkumpanja diskussjonijiet dwar ir-regolazzjoni tal-Intelliġenza Artifiċjali

In its contribution to the ‘Consultation on the White Paper on Artificial Intelligence – A European Approach’, COMECE calls the EU institutions to adopt a human-centric approach to Artificial Intelligence (AI) in order to promote the common good and serve the lives of all human beings both in their personal and community dimensions.

The COMECE contribution, published on 14 June 2020, welcomes the White Paper’s general intention to establish a solid European approach to Artificial Intelligence (AI) deeply grounded on human dignity and protection of privacy… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd mill-Kappella tal-Madonna tal-Fidwa, Selmun – 19 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Fidwa, Selmun

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 19 ta’ Lulju

Is-Sittax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 12, 13.16-19
Salm: 85 (86), 5-6.9-10.15-16a
It-Tieni Qari: Rum 8, 26-27

L-Evanġelju: Mt 13, 24-43

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies din il-parabbola: “Is-saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żara’ żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu. Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żara’ s-sikrana qalb il-qamħ u telaq… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 18 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mik 2, 1-5
Salm: 9 (10), 22-23.24-25.28-29.35

L-Evanġelju: Mt 12, 14-21

F’dak iż-żmien, il-Fariżej ħarġu u bdew jiftiehmu bejniethom kontra Ġesù, kif se jeqirduh. Ġesù sar jaf b’dan u telaq minn hemm. Ħafna nies marru warajh u fejjaqhom kollha, u ordnalhom bis-sħiħ biex ma jurux min kien, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Iżaija, meta qal:

“Ara l-Qaddej tiegħi li jiena ħtart, l-għażiż tiegħi li bih ruħi tgħaxxqet! … Kompli aqra »

L-Omm li tħobb, tagħder, tidħol għalina u tieħu ħsiebna – L-Arċisqof

Quddiesa u pellegrinaġġ fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu

  Il-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fit-tgħanniqa ta’ mħabba taż-żewġ persuni Anna u Ġwakkin, il-Mulej joħloq lill-Verġni Marija. L-isem tagħha jfisser qatra f’oċean (għalhekk Marjan). Imma hija qatra li l-ħlewwa tagħha taf tbiddel l-imluħa tal-ibħra kollha f’ilma safi u tajjeb għax-xorb.

Meta l-Mulej ried li fil-ġuf purissmu tagħha tnissel lil ibnu, ried jafdaha f’idejn San Ġużepp. Fil-ħolm qallu: “Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu” (Mt 1:20)… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 17 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »