Yearly Archives: 2020

Komunità Ġesù Salvatur

L-Arċidjocesi ta’ Malta tiddiżassoċja ruħha mill-Komunità Ġesù Salvatur. B’deċiżjoni tal-Arċisqof Charles Scicluna, ebda saċerdot jew reliġjuż/a ma għandu jieħu sehem f’laqgħat organizzati mill-komunità Ġesù Salvatur u dawn il-laqgħat lanqas m’għandhom ikunu ospitati fi knisja jew f’xi proprjetà tal-Knisja. Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd mill-Kappella tal-Madonna tal-Fidwa, Selmun – 12 ta’ Lulju, 9:30am

  Kappella tal-Madonna tal-Fidwa, Selmun

L-ewwel parti It-tieni parti Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 12 ta’ Lulju

Il-Ħmistax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 55, 10-11
Salm: 64 (65), 10abċd.10e-11.12-13.14
It-Tieni Qari: Rum 8, 18-23

L-Evanġelju: Mt 13, 1-23

Dakinhar Ġesù ħareġ mid-dar, mar f’xatt il-baħar u qagħad bilqiegħda hemm. U nġabru madwaru folol hekk kbar ta’ nies li kellu jitla’ fuq dgħajsa u jinżel bilqiegħda fiha; in-nies qagħdu lkoll wieqfa fuq ix-xatt, u hu beda jkellimhom fuq bosta ħwejjeġ bil-parabboli… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 11 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Lulju

San Benedittu, Abbati, Patrun tal-Ewropa – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Pr 2, 1-19
Salm: 33, 2-4.6.9.12.14-15

L-Evanġelju: Mt 19, 27-29

F’dak iż-żmien: Pietru qal lil Ġesù: “Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk, issa x’sa nieħdu?”

Ġesù qalilhom: “Tassew, ngħidilkom, intom li ġejtu warajja, fid-dinja l-ġdida meta Bin il-bniedem joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu, intom ukoll toqogħdu fuq it-tnax-il tron u tagħmlu ħaqq mit-tnax-il tribù ta’ Israel… Kompli aqra »

Ippreżentat ir-rapport ta’ ħidma tad-Dar tal-Providenza għas-sena 2019

Mons. Arċisqof Charles Scicluna ngħata kopja tar-Rapport ta’ Ħidma tad-Dar tal-Providenza għas-sena 2019. Is-Sinjura Nadine Camilleri Cassano, Amministratur tad-Dar, qalet li għalkemm ir-rapport kien isir kull sena, din hija l-ewwel darba li ġie stampat bil-Malti u b’verżjoni iqsar  bl-Ingliż fi ktejjeb bil-kulur. Ir-rapport jelenka l-ħidma mwettqa fid-diversi oqsma tad-Dar fl-impenn tagħha li tkompli toffri servizz residenzjali tal-ogħla livell lill-persuni b’diżabilità li jkollhom bżonn dan is-servizz… Kompli aqra »

Intom il-garanzija tagħna ċ-ċittadini li ħadd mhu ’l fuq mil-liġi – L-Arċisqof lill-Korp tal-Pulizija

Quddiesa fil-206 anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta' Malta

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ippermettuli napplika l-kliem ta’ Ġesù lill-appostli għall-membri tal-Korp, ovvjament mhux għall-kummissarju biss, imma għall-membri kollha.

Ġesù jħares lejn l-appostli tiegħu, jifhem li ’l quddiem se jkollhom ibatu ħafna. Fil-fatt, parti kbira mill-Evanġelju li qrajna mill-kapitlu 10 ta’ San Mattew jitkellem fuq il-kuntest ta’ persekuzzjoni. Matul iż-żminijiet il-Knisja għaddiet minn dawn il-mumenti koroh tad-dlam. Parti mid-destin tagħha hu li tilqa’ wkoll ir-rifjut ta’ min ma jridx jaċċetta l-istedina tal-Mulej… Kompli aqra »

Restawr u konservazzjoni f’parroċċi b’investiment ta’ €4 miljun kofinanzjati minn fondi Ewropej

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta se tidħol għal xogħol ta’ restawr u konservazzjoni ta’ għaxar proġetti addizzjonali mas‑17‑il proġett li diġà tħabbru s‑sena li għaddiet, b’investiment totali ta’ madwar €4 miljun b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Dawn il‑proġetti jinkludu r‑restawr strutturali tal‑knejjes kif ukoll il‑konservazzjoni ta’ diversi opri tal‑arti, fosthom żewġ pitturi ta’ Francesco Zahra.

Dan tħabbar waqt konferenza tal‑aħbarijiet li saret ilbieraħ filgħaxija quddiem il‑knisja parrokkjali tal‑Qrendi, li ġiet indirizzata mis‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross, u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej l‑Onor… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 14, 2-10
Salm: 50 (51), 3-4.8-9.12-13.14 u 17

L-Evanġelju: Mt 10, 16-23

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: “Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem. Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom, itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani… Kompli aqra »

Xhieda ta’ Ġesù sal-aħħar qatra demm – L-Arċisqof

Quddiesa offruta sabiex nilqgħu lill-barrani għaliex b'hekk inkunu qed nilqgħu lil Ġesù

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jagħti missjoni straordinarja lill-appostli tiegħu u permezz tagħhom jagħtiha lid-dixxipli kollha tiegħu. Hu jibgħathom ixandru s-saltna tas-smewwiet, ifejqu, iqajmu mill-mewt, ikeċċu x-xjaten, ifejqu l-lebbrużi. Jagħtihom qawwa straordinarja ta’ fejqan.

Imma wkoll javżahom li m’għandhomx jibbażaw il-fiduċja tagħhom fuq il-flus jew il-poter tad-dinja imma jgħallimhom ukoll li “l-ħaddiem ħaqqu ħobżu”. Huma se jingħataw għas-saltna u l-Mulej se jipprovdilhom permezz tal-komunitajiet li jilqgħuhom… Kompli aqra »