Yearly Archives: 2020

L-ordinazzjoni ta’ għaxar saċerdoti u erba’ djakni ġodda

Il-Knisja f’Malta tifraħ u tirringrazzja lil Alla għall-ordinazzjoni ta’ għaxar saċerdoti u erba’ djakni. L-ordinazzjonijiet djakonali u presbiterali mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna ser isiru nhar is-Sibt 27 u t-Tnejn 29 ta’ Ġunju 2020, u ser jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

L-ordinazzjoni presbiterali ser issir nhar it-Tnejn, 29 ta’ Ġunju, Solennità ta’ San Pietru u San Pawl, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal il-Ġdid, fis-6:30 p.m… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 24 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Ġunju

It-Twelid ta’ San Ġwann Battista – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 49, 1-6
Salm: 138, 1-3.13-15
It-Tieni Qari: Atti 13, 22-26

L-Evanġelju: Lq 1, 57-66.80

Eliżabetta għalqilha ż-żmien li teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel, riedu jsemmuh Żakkarija, għal missieru; imma qabżet ommu u qalet: “Le, imma Ġwanni jkun jismu.” Qalulha: “Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!”

Imbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih, u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: “Ismu huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb… Kompli aqra »

Direttivi għaċ-ċelebrazzjoni tal-festi din is-sena

L-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tippubblika direttivi dwar iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi għal din is-sena. Dawn id-direttivi, li jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju u japplikaw biss għal din is-sena, jispjegaw b’mod dettaljat dak li kien tħabbar mill-Isqfijiet fiċ-ċirkulari tal-24 ta’ Marzu li għadda u li issa jista’ jiġi attwat. Dawn id-direttivi ġew ippubblikati fuq il-website tal-Arċidjoċesi ta’ Malta knisja.mt. 

Id-direttivi huma bbażati fuq tliet prinċipji: li l-poplu Nisrani jrodd ħajr lil Alla għal dak kollu li għamel magħna, speċjalment f’din is‑sena li kienet karatterizzata minn pandemija; li jissaħħaħ is-sens ta’ għaqda fil-komunitajiet Insara; u li tingħata importanza speċjali lill-prinċipju ta’ solidarjetà billi ssir enfasi aktar mis-soltu fuq l-għajnuna li l-Knisja toffri lill-persuni fil-bżonn… Kompli aqra »

‘Ejja’: Il-kelma li trid tidwi fil-qalb tagħna għal xulxin – L-Arċisqof

Pontifikal Solenni fil-Festa tas-Sejħa tal-Madonna Ta’ Pinu

  Is-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu, Għawdex

Pontifikal ta’ Filgħaxija tal-Festa tas-Sejħa tal-Madonna Ta’ Pinu mmexxi mill-Arċisqof Charles J. Scicluna

Posted by Diocese of Gozo on Monday, June 22, 2020 L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li għadna kemm smajna, illum nafuh ukoll bħala t-tieni misteru tal-Glorja – tad-Dawl, u f’dan is-santwarju għażiż għandna din il-grazzja kbira li aħna mdawrin, milqugħin mill-ikoni sbieħ tal-20 misteru tar-Rużarju Mqaddes… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 23 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slat 19, 9b-11.14-21.31-35a.36
Salm: 47 (48), 2-3a.3b-4.10-11

L-Evanġelju: Mt 7, 6.12-14

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tagħtux lill-klieb dak li hu qaddis, u tixħtux il-ġawhar tagħkom quddiem il-ħnieżer li ma jmorrux jgħaffġuhom b’saqajhom u mbagħad iduru għalikom u jqattgħukom bi snienhom. Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom; għax din hi l-Liġi u l-Profeti… Kompli aqra »

Il-ġudizzju tal-qalb hu f’idejn Alla – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta għall-imħallfin u l-maġistrati sabiex bil-ġudizzju tagħhom issir ġustizzja

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Tiġġudikawx” hi l-kelma ċara li Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu u li jgħid lilna llum ukoll.  Hemm ħafna x’tomgħod f’dil-kelma li jgħid.

X’jiġfieri “tiġġudikawx”? Ifisser li meta tara dak li hu ħażin madwarek, tagħlaq għajnejk jew tħares in-naħa l-oħra biex ma tiġġudikax? Ifisser li meta tara dak li hu ħażin fik stess, tiskot u tgħid: “Aħjar ma ngħid xejn fuq dak li hu ħażin”? … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: M’għandniex għalfejn nibżgħu minn nixfa spiritwali – il-Missier jieħu ħsiebna

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Fl-Evanġelju ta’ dal-Ħadd (cfr Mt 10,26-33) tidwi l-istedina li Ġesù jagħmel lid-dixxipli tiegħu biex ma jibżgħux, biex ikunu qawwijin u mimlijin fiduċja quddiem l-isfidi tal-ħajja, u jwissihom li hemm ħafna kuntrarju jistennihom.  Is-silta tal-lum hi meħuda mid-diskors missjunarju li bih l-Imgħallem iħejji lill-Appostli għall-ewwel esperjenza tat-tħabbir tas-Saltna t’Alla.  Ġesù jħeġġiġhom b’insistenza biex “ma jibżgħux”.  Il-biża’ hi waħda mill-għedewwa l-aktar ħorox tal-ħajja nisranija tagħna.  Ġesù jeżorta: “Tibżgħux”, “tibżgħux”.  U Ġesù jiddeskrivi tlett sitwazzjonijiet konkreti li huma kienu se jħabbtu wiċċhom magħhom… Kompli aqra »