Yearly Archives: 2020

Spirtu ta’ rażan – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta għal dawk li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem fl-aħħar jiem, fosthom persuni ta’ età żgħira

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Tolqotni ħafna f’Ġesù kif meta jkellem lid-dixxipli tiegħu qatt ma jbaxxi l-istandards għoljin tiegħu. Ma jgħidx: ħa nwessa’ naqra l-komma u nħalli l-affarijiet għaddejjin, la ħafna qed jaħsbu hekk. Imma jitkellem ċar, u kultant dak li jgħid ikun ukoll iebes.

Dan hu f’kuntrast ma’ dak li nisimgħu aħna kultant, il-mentalità li tgħid, u din hi komuni: “Din x’fiha? … Kompli aqra »

Filmat: Kif se jsir il-Qrar

L-Arċidjoċesi ta’ Malta ħejjiet filmat qasir biex tispjega b’mod sempliċi kif għandek tqerr, minn għada s-Sibt 13 ta’ Ġunju 2020, skont il-miżuri ġodda ta’ prevenzjoni kontra l-imxija tal-covid-19.

Idealment il-qrar għandu jsir permezz ta’ appuntament u min ikun qed jistenna għall-qrar għandu jżomm d-distanza soċjali. Is‑saċerdot u l‑persuna li qed tqerr ser ikunu libsin visor jew maskra, u fejn hu possibbli ser ikun hemm screen protettiv bejniethom… Kompli aqra »

Quddiesa għaż-Żgħażagħ – 13 ta’ Ġunju, 7pm

Quddiesa fis-Solennità tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Kristu (Corpus Christi)

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Qari u kant tal-Quddiesa

Ċelebrant: Fr Brendan Gatt
Animazzjoni: The New Victorians

♫ Come And See ♫

Behold the Author of our salvation
Behold the wonder of grace so free
Behold the blessing of true forgiveness at Calvary
Behold the answer for all the broken
Behold the mercy that makes a way
Behold the promise of perfect healing
at Calvary

Come and see come and see what God has done
come and see come and see what love has won
in this place hearts and lives waking up
to the Light of the world
You’re the Light of the world

God it’s Your love
Here on Display
We stand in awe
It takes our breath away

Qari I

Temgħek il-manna li la int u lanqas missirijietek ma kontu tafu biha… Kompli aqra »

Tħejjija għall-Quddies fil-knejjes

Bħala parti mit-tħejjijiet għall-Quddies fil-knejjes bil-preżenza tal-pubbliku minn nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej (13 u 14 ta’ Ġunju), ġiet ippublikata lista tal-ħinijiet tal-Quddies li ser jigi ċċelebrat fil-parroċċi. Din il-lista hija aċċessibbli fuq il-website tal-Arċidjoċesi ta’ Malta knisja.mt u fiha wieħed isib ukoll in-numru ta’ postijiet disponibbli f’kull knisja skont il-miżuri ta’ distanza soċjali. Numru ta’ parroċċi qed jimplimentaw ukoll sistema ta’ booking online li ġiet żviluppata mill-Kurja tal-Arċisqof, u li permezz tagħha numru limitat ta’ postijiet fil-knisja jistgħu jiġu riżervati permezz ta’ din il-formola online… Kompli aqra »

Xbihat reliġjużi misjuba f’xelter taħt l-art

  Tal-Pietà

Waqt xogħlijiet minn Infrastructure Malta fi Triq Santa Monika, Tal-Pietà, instab passaġġ maqtugħ fil-blat taħt l-art b’żewġ xbihat reliġjużi. Biswithom instab xelter imdaqqas fi stat tajjeb, possibbilment tat-Tieni Gwerra Dinjija, li kien fih ħafna iktar xbihat imnaqqxa fil-blat.

Ir-ritratti meħuda mill-fotografu uffiċjali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, Ian Noel Pace, juru d-dettall fl-iskultura mnaqqxa fil-blat u d-devozzjoni lejn Alla ta’ missirijietna fi żminijiet diffiċli fl-istorja ta’ pajjiżna… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 12 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 19, 9a.11-16
Salm: 26 (27), 7-8a.8b-9abċ.13-14

L-Evanġelju: Mt 5, 27-32

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu xi ntqal: “La tagħmilx adulterju”. Imma jiena ngħidilkom li kull min iħares lejn mara biex jixtieqha jkun ġa għamel adulterju magħha f’qalbu.

Jekk għajnek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqlagħha barra u armiha ’l bogħod minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jinxteħet fl-infern… Kompli aqra »

Nitolbu li l-Knisja tibqa’ tiżżejjen mill-Mulej minn qlub tassew missjunarji – L-Arċisqof

Quddiesa offruta lill-Insara biex mhux biss jisimgħu l-Bxara t-Tajba ta’ Ġesù imma jwassluha lill-oħrajn bħalma għamel l-appostlu San Barnaba

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan l-Evanġelju jintgħażel fit-tifkira ta’ San Barnaba għaliex huwa mument meta Ġesù, fil-kapitlu 10 skont San Mattew, jibgħat grupp ta’ dixxipli jħabbru s-saltna tas-smewwiet.

Jagħtihom ukoll qawwa li jfejqu kemm il-ġisem kif ukoll ir-ruħ. Imma jgħallimhom ukoll jafdaw fil-providenza ta’ Alla. Huma ħaddiema fl-għalqa tal-Mulej. “Il-ħaddiem ħaqqu ħobżu” (Mt 10:10). M’hemmx għalfejn iġġorr ħafna affarijiet miegħek għax fejn se tmur il-Mulej se jippreparalek nies li se jieħdu ħsiebek… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 11 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 11, 21b-26
Salm: 97, 1-6

L-Evanġelju: Mt 10, 7-13

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom u sejrin xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet. Fejqu l-morda, qajmu l-mejtin, fejqu l-imġiddmin, keċċu x-xjaten. B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu. Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-deheb, la tal-fidda u lanqas tar-ram; u la ħorġa għat-triq, la żewġ ilbiesi, la qorq u lanqas ħatar: għax il-ħaddiem ħaqqu ħobżu… Kompli aqra »