Yearly Archives: 2020

Bħal Ġesù Kristu, imġiegħla jaħarbu – Il-Papa Franġisku fil-106 Jum Dinji tal-Migranti u r-Refuġjati

Nilqgħu, nipproteġu, nippromwovu u nintegraw persuni li huma migranti f'pajjiżhom stess

  Il-Vatikan

Messaġġ mill-Papa Franġisku

Fil-bidu ta’ din is-sena, fid-diskors tiegħi lill-membri tal-Korp Diplomatiku akkreditat fi ħdan is-Santa Sede, fost l-isfidi tad-dinja ta’ żmienna semmejt it-traġedja ta’ dawk li huma spostati internament: “Il-kunflitti u l-emerġenzi umanitarji, li jsiru iżjed gravi minħabba fit-taqlib fil-klima, iżidu fl-għadd ta’ dawk li jkollhom jiċċaqilqu minn djarhom u jirriflettu fuq il-persuni li diġà qegħdin fi stat serju ta’ faqar. Ħafna pajjiżi milquta minn dawn is-sitwazzjonijiet huma neqsin mill-istrutturi meħtieġa biex jistgħu jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ dawk li ġew evakwati” (9 ta’ Jannar 2020)… Kompli aqra »

Quddies tas-Sibt – 16 ta’ Mejju

Is-Sibt tas-Sitt Ġimgħa tal-Għid

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof fid-9:30am

Segwi l-qari tal-Quddiesa tas-Sibt hawnhekk.

Quddiesa għaż-Żgħażagħ minn Fr Brendan Gatt fis-7pm

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Mejju

Is-Sibt tal-Ħames Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 16, 1-10
Salm: 99 (100), 1-2.3.5

L-Evanġelju: Ġw 15, 18-21

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk id-dinja tobgħodkom, kunu afu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom. Kieku intom kontu tad-dinja, id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha; iżda billi m’intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja, id-dinja tobgħodkom… Kompli aqra »

L-identità tagħna – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa offruta għall-Isqfijiet u s-saċerdoti Maltin

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Fil-ħajja tagħna, l-iktar esperjenza li timla l-qalb hija l-esperjenza tal-imħabba. Jista’ jkollna sodisfazzjon fil-ħajja b’ħafna affarijiet u nkunu kuntenti b’affarijiet sbieħ, imma l-iktar esperjenza li timla l-qalb hija l-imħabba.

Hemm raġuni għal dan. Meta Alla ħalaqna, għamilna xbieha tiegħu, hu li hu mħabba. U qiegħed f’qalbna din l-imħabba, tana l-kapaċità li aħna li aħna maħbuba minnu nistgħu nħobbu u hemm insibu tassew il-milja f’ħajjitna… Kompli aqra »

Kaxxi ta’ Solidarjetà Covid-19: għajnuna oħra għal familji fil-bżonn

Stqarrija maħruġa minn Caritas Malta flimkien ma’ Home Economists in Action

Caritas Malta flimkien ma’ Home Economists in Action ħadmu fuq proġett ta’ Kaxxi ta’ Solidarjetà li huma forma ta’ appoġġ ta’ emerġenza għall-familji fil-bżonn matul dan il-perjodu ta’ sfida. Permezz tal-proġett inħolqu listi ta’ affarijiet bażiċi li jistgħu jingħataw b’donazzjoni minn kumpaniji jew individwi li jixtiequ jgħinu familji li f’daqqa waħda sabu ruħhom f’qagħda finanzjarja mwiegħra kawża tal-pandemija tal-COVID-19.

Fuq dan il-proġett ħadmu Andrè Bonello, kap tar-riċerka fi ħdan Caritas Malta; Prof… Kompli aqra »

Quddiesa għaż-Żgħażagħ – 16 ta’ Mejju, 7pm

Is-Sitt Ħadd tal-Għid

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Qari u kant tal-Quddiesa

Ċelebrant: Fr Brendan Gatt
Animazzjoni: The New Victorians

♫ Bless the Lord O my soul ♫ 

O my soul
Worship His Holy name
Sing like never before
O my soul
I’ll worship Your Holy name

The sun comes up
It’s a new day dawning
It’s time to sing Your song again
Whatever may pass
And whatever lies before me
Let me be singing
When the evening comes

You’re rich in love
And You’re slow to anger
Your name is great
And Your heart is kind
For all Your goodness
I will keep on singing

Ten thousand reasons
For my heart to find

And on that day
When my strength is failing
The end draws near
And my time has come
Still my soul will
Sing Your praise unending

Ten thousand years
And then forevermore

Qari I

Qiegħdu idejhom fuqhom, u huma rċevew l-Ispirtu s-Santu… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 15 ta’ Mejju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Mejju

Il-Ġimgħa tal-Ħames Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 15, 22-31
Salm: 56 (57), 8-9.10-12

L-Evanġelju: Ġw 15, 12-17

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu. Intom ħbiebi, jekk tagħmlu dak li jiena nikkmandakom. Ma nsejħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x’jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kulma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom… Kompli aqra »

Il-ħbiberija vera msejsa fuq l-imħabba – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Mattija offruta b'suffraġju għal dawk li mietu f'dawn l-aħħar jiem speċjalment il-pazjenti ta' Hospice Malta

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Wieħed jifhem għaliex il-Knisja fil-festa tal-lum, il-festa ta’ San Mattija tagħżel din is-silta sabiħa ħafna mill-kapitlu 15 tal-Evanġelju skont San Ġwann anke għaliex fil-versett tal-hallelujah, qabel propju din is-silta, il-Knisja tirrepeti vers li japplika ħafna għall-każ u l-missjoni ta’ Mattija. “Jiena għażiltkom u ħtartkom” (Ġw 15:16). Ġesù anzi jinsisti li mhux aħna għażilna lilu imma hu għażel lilna.

U meta d-dixxipli, anzi l-appostli għandhom bżonn jagħżlu ’l xi ħadd minflok Ġuda l-Iskarjota, it-traditur, biex il-Kulleġġ tal-Appostli jibqa’ bin-numru 12 li kien l-ewwel nett in-numru li għażel Ġesù u fl-istess ħin kien ukoll is-sinjal tal-poplu ta’ Alla mġedded u ġdid, iqiegħdu quddiem il-providenza, quddiem ir-rieda ta’ Alla l-għażla bejn żewġ persuni li kienu t-tnejn adatti… Kompli aqra »