Arkivji mensili: Frar 2021

Quddiesa tal-Ħadd – 14 ta’ Frar, 9:30am

  Il-Knisja ta' San Bartilmew Appostlu u l-Madonna tal-Bon Kunsill, Ħal Tarxien

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 14 ta’ Frar

Is-Sitt Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lev 13, 1-2.45-46
Salm: 31 (32), 1-2.5.11
It-Tieni Qari: 1 Kor 10, 3-11,1

L-Evanġelju: Mk 1, 40-45

F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed lebbruż jitolbu bil-ħerqa, inxteħet għarkupptejh quddiemu u qallu: “Jekk trid, tista’ tfejjaqni!”. Imqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid, kun imnaddaf!”… Kompli aqra »

X’jagħmel Ġesù lil widnejja u lil fommi – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fiċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija, hemm mument meta s-saċerdot imiss b’sebgħu l-widnejn u l-fomm ta’ min ikun se jitgħammed u jgħid: “Sidna Ġesù, li ta s-smigħ lit-torox u l-kelma lill-imbikkmin, jagħti lilek ukoll il-grazzja li ma ddumx ma tkun tista’ tisma’ b’widnejk il-kelma tiegħu u tilqagħha, u tistqarr bil-fomm il-fidi tiegħek biex tfaħħar u ssebbaħ lil Alla l-Missier.”  Bħalissa, minħabba l-pandemija, is-saċerdot ma jmissx il-widnejn u l-fomm ta’ min ikun se jitgħammed, imma jgħid din it-talba li għandha tifsira kbira għal dak li l-magħmudija għandha tkun għalina… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 13 ta’ Frar, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 3, 9-24
Salm: 89 (90), 2.3-4.5-6.12-13

L-Evanġelju: Mk 8, 1-10

F’dawk il-jiem, peress li reġgħet inġabret kotra kbira u ma kellhomx x’jieklu, Ġesù sejjaħ id-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Nitħassarhom lil dawn in-nies, għax ġa ilhom miegħi tlitt ijiem, u ma għandhom xejn x’jieklu. Jekk inħallihom imorru sajmin lejn djarhom, żgur iħosshom ħażin fit-triq, għax xi wħud minnhom ġew mill-bogħod”… Kompli aqra »

Ir-Randan: Żmien ta’ tiġdid tal-fidi, it-tama u l-imħabba

Il-Messaġġ tal-Papa Franġisku għar-Randan 2021

Għeżież ħuti,

Huwa u jħabbar lid-dixxipli tiegħu l-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu, biex hekk isseħħ ir-rieda tal-Missier, Ġesù jurihom it-tifsira profonda tal-missjoni tiegħu u jsejħilhom biex jixxierku magħha, għas-salvazzjoni tad-dinja.

Aħna u nterrqu l-mixja tar-Randan, li twassalna għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Għid, ejjew niftakru f’Dak li “ċekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib” (Fil 2:8). F’dan iż-żmien ta’ konverżjoni ejjew inġeddu l-fidi tagħna, nixorbu mill-“ilma ħaj” tat-tama u nilqgħu b’qalbna miftuħa l-imħabba ta’ Alla li tibdilna f’aħwa fi Kristu… Kompli aqra »

Ngħaqqdu t-tbatija tagħna mas-salib ta’ Ġesù – L‑Arċisqof

Quddiesa f'Jum il-Morda u mill-ewwel dehra tal-Madonna f'Lourdes

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jagħmel ħiltu kollha biex jgħix ir-rieda tal-Missier u r-rieda tal-Missier hija s-salvazzjoni tal-poplu tiegħu, ta’ Iżrael. Iktar ’il quddiem jagħraf ukoll li huwa mibgħut għall-ġnus.

F’din l-ewwel laqgħa ma’ rappreżentanta tal-ġnus, din il-mara Griega, Sirofeniċja min-nisel tagħha, Ġesù jidħol f’kunflitt. Qed titolbu l-għajnuna. Mhijiex parti mill-poplu ta’ Iżrael. Imma l-umiltà tagħha tipperswadih mill-fidi tagħha. Hi lesta tilqa’ wkoll il-loqom li jaqa’ mill-mejda ta’ Iżrael u tissieħeb mal-fidi f’Alla li huwa ħaj għaliex f’Ġesù tara dak li jista’ jgħinha… Kompli aqra »

Kap ġdid għall-Uffiċċju Żwiġijiet

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Mons. Alfred Vella bħala l‑Kap tal‑Uffiċċju tar‑Reġistrazzjoni taż‑Żwiġijiet tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Huwa ħa post Dun Mario Tong li ssostitwixxa lil Mons. Tarcisio Delicata li kien ilu jservi f’din il‑kariga għal sbatax‑il sena.

Mons. Alfred Vella ġie ordnat saċerdot fl‑1984 u serva f’diversi parroċċi fosthom fil‑parroċċa ta’ San Pawl fir‑Rabat, Ħal Luqa, iż‑Żejtun u Ħ’Attard. Għal sbatax‑il sena kien id‑Direttur tal‑Kummissjoni Emigranti, illum Kummissjoni Migranti… Kompli aqra »

Gratitudni kbira – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa tal-Appostlu Missierna San Pawl

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Aktarx ma hawn imkien ieħor fid-dinja fejn jiċċelebraw nawfraġju. Li jfakkru nawfraġju li jkun sar, iva, imma ħafna drabi jfakkruh minħabba l-ħsara li jkun ħalla u l-imwiet tan-nies.

Aħna mhux infakkru nawfraġju, imma niċċelebraw in-nawfraġju ta’ San Pawl. U niċċelebrawh mhux biss għax dakinhar in-nies kollha li kienu fuq il-ġifen salvaw, imma niċċelebrawh l-aktar għax dan kien ifisser li Malta laqgħet il-fidi fi Kristu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 12 ta’ Frar, 9:30am