Arkivji mensili: February 2021

X’jiġri fuq żewġ muntanji – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-Tieni Ħadd tar-Randan

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Malta m’għandniex muntanji. Għandna xi għoljiet. Imma min xi darba ra muntanja, u kien ħdejn muntanja, jaf l-impressjoni kbira ta’ xi ħaġa immensa, enormi, li tara quddiemek. Xi ħaġa li qisha tgħollilek ħsiebek lejn is-sema.

Fl-Iskrittura hemm mumenti partikulari meta l-muntanja hi l-post fejn Alla juri lilu nnifsu, u fejn Alla jagħti wkoll messaġġ importanti lin-nies. Pereżempju, aħna familjari mal-muntanja Sinaj, fejn Alla ta l-kmandamenti lill-poplu Lhudi permezz ta’ Mosé… Kompli aqra »

Esiġenti imma ta’ ġid kbir għal ħajjitna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ġesù hu esiġenti – jitlob ħafna minna. Kliemu kultant jinstema’ iebes u diffiċli biex tgħixu. Kieku dal-kliem li smajna llum fl-Evanġelju jgħidu lil xi ħadd fi żmienna, ikun hemm min jgħidlu: taf x’qed tgħid? Taf kemm nies ma jagħtux kas dan li qed tgħid?

Imma nafu li Ġesù xorta jirrepetih lilna dan il-kliem, għax jaf li fl-aħħar mill-aħħar hu ta’ ġid għall-ħajja tagħna… Kompli aqra »

“L-ebda bniedem u l-ebda setgħa ma jħassru d-dinjità tagħna” – L-Arċisqof

Quddiesa fit-Tieni Ħadd tar-Randan bis-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof

  Il-Kappella tat-Trasfigurazzjoni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, Raħal Ġdid

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’din il-mixja tar-Randan huwa ta’ pjaċir kbir għalija li nkun magħkom, għeżież residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, mal-uffiċjali, u mal-istaff. Insellem ukoll lill-Ministru tal-Intern Byron Camilleri.

Għadna kemm bdejna ċ-ċelebrazzjoni tal-Griżma ta’ Simon, wieħed mir-residenti li bl-għajnuna tal-kappillan ta’ din il-faċilità korrettiva beda l-mixja biex illum jikkonferma l-fidi tiegħu f’Ġesù u jirċievi d-don tal-Ispirtu s-Santu. Id-don tal-Ispirtu s-Santu huwa d-don tal-imħabba… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 28 ta’ Frar, 9:30am

  Il-Kappella tat-Trasfigurazzjonif il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, Raħal Ġdid

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 28 ta’ Frar

It-Tieni Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 22, 1-2.9a.10-13.15-18
Salm: 115 (116), 10.15-19
It-Tieni Qari: Rum 8, 31b-34

L-Evanġelju: Mk 9, 2-10

F’dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom. Ilbiesu sar abjad u jgħammex b’dija tal-għaġeb: ebda ħassiel fid-dinja ma jista’ jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ Frar, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 26, 16-19
Salm: 118 (119), 1-2.4-5.7-8

L-Evanġelju: Mt 5, 43-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: “Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek”. Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Marzu 2021

Matul ix‑xahar ta’ Marzu, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m…
  • Kompli aqra »

Iftħu qalbkom għall-fqir – L-Arċisqof lill-istudenti universitarji

Quddiesa f'għeluq il-120 anniversarju tal-Kunsill Studenti Universitarji

  Il-Knisja tal-Ġiżwiti, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù juża żewġ elementi min-natura u jgħid min aħna. L-identità tagħna tinġabar f’dawn iż-żewġ elementi li jsemmi Ġesù: il-melħ. Mhux se nidħol f’polemika mat-tobba li jgħidulna tiħux ħafna melħ. Wara kollox, fl-università jekk titgħallem xi ħaġa hija li tirrispetta x-xjenza. Jekk trid ikun bniedem tassew ta’ fidi, qatt m’għandek tiddisprezza l-għerf li hemm fil-ħolqien. Min huwa tassew xjenzjat jogħxa bl-istraordinarjetà ta’ dak li hemm fil-ħolqien… Kompli aqra »