Arkivji mensili: Frar 2021

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 3, 1-8
Salm: 31 (32), 1-2.5.6.7

L-Evanġelju: Mk 7, 31-37

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ telaq mill-inħawi tal-belt ta’ Tir, għadda minn Sidon lejn il-baħar tal-Galilija, fl-inħawi tad-Dekapoli. U ġabulu wieħed, trux u mbikkem, u talbuh iqegħedlu idu fuqu. Ġesù ħarġu għalih waħdu minn qalb in-nies, daħħal subgħajh f’widnejh u messlu lsienu bir-riq tiegħu. Imbagħad refa’ għajnejh lejn is-sema, tniehed tnehida, u qallu: “Effata” jiġifieri: “Infetaħ!”… Kompli aqra »

“Għażiż Missierna Pawlu, keċċi minn ġo nofsna kull mard, kull għelt għal ruħna” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Appostlu Missierna San Pawl

  Il-Kolleġġjata ta' San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

San Pawl telaq minn Ġerusalemm mimli ħeġġa bl-awtorizzazzjoni tal-qassis il-kbir biex imur Damasku u hemmhekk “jaqbad l-irġiel u n-nisa kollha li jsib miexja fit-Triq tal-Mulej u jeħodhom marbuta Ġerusalemm. Huwa u sejjer kif qorob lejn Damasku, f’daqqa waħda” madwar Sawl, Lhudi  minn Tarsu, Pawlu ċittadin Ruman, “idda madwaru dawl mis-sema. Waqa’ fl-art u sema leħen jgħidlu: ‘Sawl, Sawl għaliex qiegħed tippersegwitani?’ ‘Min int, Mulej?‘ U l-leħen wieġbu: ‘Jiena Ġesu li int qiegħed tippersegwitah imma issa qum u idħol il-belt u hemmhekk jgħidulek x’għandek tagħmel’ Dawk li kienu sejrin miegħu baqgħu mbikkma billi kienu semgħu l-leħen imma ma raw lil ħadd… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Nilaqgħu mal-Mulej fit-talb, fl-‘illum’ li ngħixu

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-katekeżi tal-aħħar darba rajna kif it-talb Nisrani hu “ankrat” fil-Liturġija. Illum se naraw kif mil-Liturġija dan jirritorna dejjem għall-ħajja ta’ kuljum: fit-toroq, fl-uffiċċji, fuq il-mezzi tat-trasport… U hemm jissokta d-djalogu ma’ Alla: min jitlob hu bħal namrat, li dejjem iġorr f’qalbu l-persuna li jħobb, kull fejn ikun.

Fil-verità, kollox jidħol f’dan id-djalogu ma’ Alla: kull ferħ isir raġuni ta’ tifħir, kull tiġrib hu okkażjoni ta’ talba għall-għajnuna… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 11 ta’ Frar, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Frar

L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Lourdes
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 2, 18-25
Salm: 127 (128), 1-2.3.4-5

L-Evanġelju: Mk 7, 24-30

F’dak iż-żmien, Ġesù mar fl-inħawi tal-belt ta’ Tir. Daħal joqgħod f’dar, u ried li ħadd ma jsir jaf. Iżda ma setax ikun li jinħeba, għax malajr semgħet bih waħda mara li kellha lil bintha maħkuma minn spirtu ħażin, u marret tinxteħet f’riġlejh… Kompli aqra »

Quddiesa fil-festa tal-Appostlu Missierna San Pawl – 10 ta’ Frar, 9:30am

  Il-Kolleġġjata ta' San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Frar

L-Appostlu Missierna San Pawl, Patrun ta’ Malta – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 14, 3-7
Salm: 106, 21-31
It-Tieni Qari: 2 Kor 11, 18.24-31

L-Evanġelju: Mk 16, 15-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Ħdax : “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla… Kompli aqra »

Biex il-ħajja umana tkun imħarsa – L-Isqof Galea-Curmi

  Quddiesa fil-ħames Ħadd taż-zmien ta' matul is-sena

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Jekk hemm xi ħaġa li tolqtok f’dan l-Evanġelju skont San Mark li għadna kif smajna, din hi l-imħabba kbira ta’ Ġesù lejn kull persuna; kif Ġesù ried dejjem il-ġid lil kull persuna, u għalhekk kien jgħin biex ifejjaq lil min kien marid, biex ineħħi dak li jfixkel il-ħajja, u jgħin lill-bniedem biex jgħix ħajtu mill-ġdid.

Ir-rispett lejn il-ħajja ta’ kull bniedem

Hawnhekk hija verament sabiħa d-deskrizzjoni meta Ġesù jidħol fid-dar ta’ Xmun, fejn kien hemm omm il-mara tiegħu li kienet ma tiflaħx… Kompli aqra »

Immissu mqar tarf il-mantar – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm mumenti fl-Evanġelju fejn lil Ġesù narawh b’folol kbar ta’ nies. L-Evanġelju tal-lum hu wieħed minnhom, meta lanqas laħqu waslu Ġesù u d-dixxipli, u rabtu d-dgħajsa max-xatt, li ma tfaċċawx ħafna nies. U dawn in-nies kellhom skop partikulari: li jġibulu l-morda biex Ġesù jfejjaqhom. Mhux biss hemmhekk fejn ix-xatt, imma meta daħal fl-ibliet u fl-irħula u fil-kampanja, kienu qishom jagħmlu laqgħat kbar, mass meetings ta’ morda, u jitolbu lil Ġesù jfejjaqhom… Kompli aqra »