L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ April
05/04/2021L-Ottava tal-Għid – It-Tnejn
Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Atti 2, 14.22-33
Salm: 15 (16), 1-2a u 5.7-8.9-10.11
L-Evanġelju: Mt 28, 8-15
F’dak iż-żmien, in-nisa telqu malajr minn ħdejn il-qabar, kollhom biża’ u ferħ kbir, u marru jiġru jagħtu l-aħbar lid-dixxipli tiegħu. U ara, iltaqa’ magħhom Ġesù u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Huma resqu lejh, qabdulu riġlejh u nxteħtu quddiemu. Imbagħad Ġesù qalilhom: “Tibżgħu xejn; morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn il-Galilija; lili jarawni hemmhekk”… Kompli aqra »